Klabbs Maltin ippartecipaw fil-ZKC International Club Tournament

Thursday, August 8, 2013, 15:41

Hames klabbs tal-weigtlifting Maltin ghadhom kemm ipartecipaw fil ZKC international club Tournament organizat mill- Federazzjoni tal-Oceania. 415 il-atleta min 63 klabb min diversi pajjizi madwar id-dinja hadu sehem f`dan it-tournament daqsekk prestigjuz.

Risultati tal-klabbs Maltin kienu inkoraganti hafna, il-klabb tan-nisa Starmax imexxi minn Mark Farrugia kiseb pozizzjoni ferm tajba fejn irnexielhom itellaw 102 punt u jiksbu  ir-raba pozizzjoni min 36 klabb, fejn shansitra irnexielom ukoll jirbhu kontra l-aqwa klabb ta l-Awstralja Cougars. L-ahjar atleta feminili Maltija kienet Nicole Gatt fejn bir-refa totali ta 107 kilo kisbet l-ewwel post fil-livell tal-youths u sitt pozizzjoni overall fost erbatax il-atleta.

Il-kompetizzjoni ghal klabbs ta l-irgiel kienet ferm aktar kumbatuta peress li riedu jikompetu kontra 291 atleta. L-ahjar pozizzjoni ghal klabb Malti kienet minn dak tal-Kottonera imexxi min Jesmond Caruana fejn dawn kisbu il-25 pozizzjoni fost 51 klabb. Zgur li l-aqwa rizultat kien dak personali ta Rodmar Pulis fejn bir-refa totali ta 241 kilo irnexielu jikseb it-tielet post fil-Juniors u  il-hames post overall fost 53 atleta, sahansitra irnexielu jirbah lil atleti partecipanti tal-Awstralja u Tonga, dan jawgura tajjeb peress li Pulis huwa wiehed mil atleti li qed jaspiraw ghal kwalifikazzjoni ghal-loghob tal-commonwealth li ser isieru Glasgow is-sena id-diehla.





Leave a comment