Kjarifika dwar il-każ Steve Abela

Tuesday, May 21, 2013, 13:25

 

Nagħmel referenza ghar-rapport li dehru  f’xi ġurnali u site elletronoċi li rraportaw in-nota li jien ipprezentajt fil-Qrati ta’ Malti nhar it-Tlieta 14 ta’ Mejju 2013, fejn iddecidejt li nikkjarifka l-pozizzjoni tiegħi fil-konfront ta’ l-ex President ta’ Sliema Wanderers Steve Abela.

Nagħmilha ċara li bla ebda mod fil-Qorti jien ma ammettejt jew tajt ommissjoni li jien kont żbaljat fid-dikjarazzjonijiet tiegħi dwar dejn li ħalla warjaħ is-Sur Abela wara li spiċċa minn President ta’ Sliema Wds.

Ir-rapporti fil-mezzi tax-xandir kienu skorettetti u taw stampa qarrieqa u dan b’dannu għall-integrita’ tiegħi bħala ġurnalist sportiv li ili nipprattika din il-professjoni għal dawn l-aħħar 17 -il sena.

Nerġa ntenni li n-nota prezentata kienet tgħid li jien kelli informazzjoni inkoretta jew mhux kompleta izda qatt ma ammettejt li kont żbaljat fis-sustanza tal-argument jiġifieri qatt ma erġajt lura mid-dikjarazzjoni li Steve Abela ħalla dejn kbir warajh. Anzi f’idi għandi provi li kont se nressaq fil-Qorti dwar id-dejn attwali u akkomulattiv bħal pagi proġetati sal-aħħar tal-istaġun 2011/12 li għalihom kien hemm commitments iffirmati hekk kif kien zvelat fil-programm Kontrattakk fuq TVM f’Novembru 2011.

Iddeċidejt li nipprezenta dik in-nota wara li iltqajt personalment mas-Sur Abela tramite medjatur u wara li s-Sur Abela talabni espliċitament sabiex nirtira d-dikjarazzjoni li kont  għamilt dwar id-dejn li ħalla warahj li jammonta għal fuq minn €400,000. Wara li evalwajt it-talba tiegħu u fhimt li l-argumenti tas-Sur Abela kienu qedgħin jikumbattu l-argument tiegħi fuq prinċipju ta’ dejn akkumulattiv u mhux dejn attwali iddeċidejt li għandu jirrenja s-sens komun u tintemm din il-kwistjoni hawn.

Eventwalment is-Sur Abela waqqa’ il-proċeduri ta’ libell fil-konfront tiegħi.

Sandro Micallef

 





Leave a comment