Kiril Dzhorov jieħu l-Floriana għand il-FIFA

Tuesday, June 14, 2011, 16:00

minn Sandro Micallef

Il-Player Bulgaru Dzorov li spiċċa l-avventura tiegħu mal-Greens iktar kmieni milli kien maħsub minħabba injury sfortunata ħadha bi kbira ħafna li Floriana ddeċidew li ma jkomplux iħallsuħ il-paga sat-tmiem il-kuntratt tiegħu.

Dan il-player professjonali jidher li informa mhux biss l-MFA li għad fadallu jieħu xi flus iżda saħansitra lill-FIFA.Filfatt il-FIFA infurmat b’ittra lill-MFA dwar talba li kien għamel dan il-player. Jekk Floriana ma’ jibgħatux il-kummenti tagħhom lill-MFA u lill-FIFA il-każ jista’  jmur quddiem id-Dispute Resolution Chamber.

Kirill Dzhorov ritratt Joe Borg





Leave a comment