Kim Cassar u Elena Yetcheva jitilfu l-Finali doubles tat-Tennis

Friday, June 3, 2011, 21:28

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Il-koppja ta’ Tennisti Maltin Kim Cassar u Elena Yetcheva kellhom imabbxu rashom għall-qawwa tal-koppja avversarji ta’ Liechtenstein fil-finali tad-doubles tat-Tennis tan-Nisa u b’hekk jieħdu l-midalja tal-Fidda.

Fil-finali kontra l-qawwa ta’ Stephanie Vogt u Kathinka Von Deichmann ta’ Liechtenstein il-koppja Maltija iżda rebħet il-midalja tal-fidda hekk kellha tbaxxi rasha għall-qawwa tal-avversarji f’żewġ sets.

Cassar u Yetcheva diġa’ kienu għamlu ħafna li waslu s’hawn għaliex waħda mill-players avversarji hi rrenkjata fost l-ewwel 200 player mara fil-klassifika tar-Ranking mondjali. 

Wara li tilfu l-ewwel set 6-3 għat-tieni set il-Maltin ħarġu ferm aktar kunfidenti b’Jetcheva saħansitra tirreġistra l-ewwel ace tagħha fil-logħba imma Vogt u Deichmann malajr marru 3-1 minn fuq hekk kif Jetcheva bdiet tirrabja magħha nnifisha u tiskuża ruħa ma’ Cassar għal ċertu żbalji u kultant bdiet titlef il-konċentrazzjoni bħafna blalen b’saħħa żejda.

Wara l-finali u l-preżentazzjoni tal-midalji li saret mill-Imħallef Lino Farrugia Sacco, President tal-KOM ħadna  l-kummenti taż-żewġ protagonisti.

Kim Cassar qalet “Din kienet l-ewwel ġimgħa li lgħabt ma’ Eelena u nħoss li morna tajjeb ħafna. Forsi ridna ftit aktar esperjenza. Lgħabna kontra tim tajjeb ħafna imma nħoss li se mmur lura d-dar kuntenta li rbaħt midalja u tajt prestazzjoni tajba,” qalet Cassar.

Eelena Jetcheva li titkellem ukoll tajjeb bil-lingwa Maltija minħabba li hi residenti f’Malta u tistudja l-Universita’ qalet li hi dejjem trid tirbaħ. “Meta nilgħab dejjem irrid nirbaħ u xtaqt id-deheb. . Forsi ma konniex konsistenti l-ħin kollu,” qalet Jetcheva.

Ta’ min jirrimarka li qabel il-preżentazzjoni tan-nisa saret ukoll il-preżentazzjoni tad-doppji tal-irġiel fejn Malta kienet rebħet il-midalja tal-bronż permezz ta’ Matthew Axiaq u Nick Camileri. Ta’ min isemmi li waqt din il-partita dawn iż-żewġ players kienu qed jagħtu s-support kontinwu lill-players Nisa Maltin.

Axiaq u Camilleri waqt il-preżentazzjoni tal-Midalja tal-Bronż

Axiaq u Camilleri waqt il-preżentazzjoni tal-Midalja tal-Bronż

Yetcheva (xellug) ma' Cassar ferħana bil-Midalja tal-Fidda

Yetcheva (xellug) ma' Cassar ferħana bil-Midalja tal-Fidda





Leave a comment