Kif u meta tirbaħ id-deheb …

Friday, December 3, 2010, 14:00

minn Sandro Micallef.

Mela kif forsi ħafna minnkom tafu f’dan l-aħħar sentejn iddeċidejt li niddersifika xi ftit mill-attenzjoni li kont nagħti fix-xogħol tiegħi mill-football biss għall-attenzjoni iktar vasta lejn varjeta` ta’ sport ieħor lokali. Din il-website www.sportinmalta.com kienet ħolma li kont ili noħlom fuqha għal diversi snin u malli telgħet online għall-ewwel darba uffiċjalment fil-31 ta’ Marzu ta’ din is-sena kienet kważi obbligatorja għalija li nidħol iktar b’ruħi u ġismi fir-rappurtaġġ ta’ varjeta` ta’ Sport ieħor.

Dan wassalni biex napprezza x-xogħol siewi li jsir minn federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-iSport lokali. Qed napprezza wkoll kemm hemm nies fl-amministrazzjoni li huma dedikati u kemm hemm atleti li jagħmlu ġieħ lill-Malta meta jipparteċipaw barra minn xtutna f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

Niġi mill-ewwel għall-punt. Mela l-bieraħ kelli laqgħa tal-Għaqda Ġurnalisti Sport fejn flimkien ma’ sħabi Charles Camenzuli, Mario Meli, Willie Vassallo, Mario Bonnici u Caroline Attard (kollha membri fl-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport) konna qed nieħdu d-deżiżjonijiet dwar minn ħaqqu jkun ikkunsidrat fost il-lista proviżorja ta’ għaxar finalisti għal edizzjoni oħra tal-iSportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fost ħafna argumenti, qam wieħed interessanti – dak li ħafna atleti jew l-uffiċjal tal-media tal-assoċjazzjoni jgħidu li “rbaħna d-Deheb!”

Pero` kemm hu reali meta wieħed joħroġ stqarrija u jgħid li rebaħ id-deheb? Sieħbi Charles Camenzuli b’ħafna iktar esperjenza minni qalli “Sandro id-deheb jintrebaħ biss fil-Logħob Olimpiku, logħob tal-Commenwealth, logħob tal-Mediterran, logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u logħob ieħor simili”.
Naqbel ħafna ma’ Charles u ma nistax nifhem għaliex assoċjazzjonijiet sportivi iridu bilfors itennu li atleta rebaħ id-deheb meta saħansitra jkun ħa sehem f’xi kompetizzjoni internazzjonali ta’ xi Age group jew agħar minn hekk jgħidulna li rbaħna d-deheb meta jkun xi tournament  bejn xi għaxar pajjiżi. Xbajna nirċievu emails bi press releases b’titli bħal “Sandro Micallef jirbaħ il-midalja tad-deheb f’Tournament fi Spanja.”

Għall-ġid tal-assoċjazzjoni tagħkom u tal-kredibilita` tal-iSport Malti inġenerali oqogħdu attenti kif twasslu l-messaġġ u żżefnux id-deheb għal xejn b’xejn. U ta’ l-aħħar … meta vera … jekk vera tingħataw midalja tad-deheb… vera tad-deheb tkun? Kollha kemm hi tkun tad-deheb?Jew miżbugħa ?
 
Saħħa
Sandro





24 Comments

  1. Peter Azzopardi says:

    Be Positive guys. Don’t care what other people says, we are different people, no other people train like we train and no other people can feels what we feel when we finish a RACE. We don’t run for medals , we run for our own satisfaction. Relax Well done Keith

    [Reply]

  2. Mark Attard says:

    Sandro,

    m’ghandix dubju li qed titpaxxa tara dawn il-hafna kummenti ghaliex probabbli dan ghalik ma jfisser xejn ghalik hlief li dan is-sit jinqara minn hafna nies. J’alla tkun kapaci taqra sew bejn il linji.

    Bhal mhu qed jigri kostantament fil-volleyball, qed turi nuqqas kbir ta professjonalità gurnalistika fil-kummenti dilettanteski tieghek.

    Jekk, kif irrispondejt lil Euchar ghazilt ritratt ta Keith minn fost il-librerija vasta [?] li ghandkom, xorta ghadek fic-cans tbiddel ir-ritratt…imma probabbilment dan inaqqas mir-reazzjonijiet ghall-dan l-artiklu.

    Ma nahsibx li x-xoghol ta gurnalist sportiv hu li jurta lis-segwaci ta l-isport.

    [Reply]

    Christopher G Reply:

    @Mark Attard

    Rigward il-volleyball nahseb illi mintix infurmat tajjeb ghax qed isiru pastazati kbar fl-assocjazzjoni u imnalla ikun gurnalist bhal Sandro illi ikollu il guts jippublikahom. Gurnalisti ohrajn jaghmlu COPY & PASTE ta dak illi jibaghtu l-association minghajr ma jinvestigaw.

    Per ezempju, Sur Attard taf illi l-AGM ta din is-sena beda fil 31 Awwissu 2010 u baqa ma spiccax?
    Taf illi dan l-istagun ma sarx MEETING WIEHED UFFICJALI mal clubs?
    Taf illi ma gewx prezentati accounts tas-sena l-ohra?
    …Nibqa inzidlek mal-lista?
    Taf illi hemm player illi ma jilghabx fil-league imma xorta intaghzel man nazzjonal biex jilgab fil-loghob ufficjali tal-MOC, il-Friendship Games?

    Saqsi l-MOC jekk humiex kuntenti bl-assoccjazzjoni tal volleyball maltija?

    [Reply]

    Mark Attard Reply:

    ijja stramba hafna, kif mill kumment kollu li ktibt, kif jissemma l-volleyball tqum l-ira kollha!

    Fl-istess waqt nemmen li sandro m’ghandux bzonn difensuri personali, ghalhekk nistenna kummenti li jaghmlu sens minghandu.

    [Reply]

  3. Keith Bartolo says:

    Dear Sandro,

    For sure this is your website and as you said your dream.  However, in my humble opinion I suggest that you do rather stick to keep promoting soccer instead of dishing out comments like you did on other sports. Please allow me to remind you that your beloved sport, soccer, even when compared to teams like faroe islands failed when we lost to a bunch of people who gathered to play against Malta.  So I see nothing wrong when fellow athletes feel proud that they won both locally and abroad even if the competition is not of the highest of levels to your expectations.

    It hurts when I read that even fellow journalist told you that gold medals are won in olympics, commen wealth small nations etc. My I remind you and explain maybe you never experienced it, that when an athlete achieves the targets he/she trained hard for thats means as much as an olympic gold for him/her. May I remind you also that not all sport is an olympic sports so are you suggesting that we can never be awarded anything from our governing bodies.

    Anyways sometimes certain comments,unfortunately like yours, just prove me right when i say that  we are still lacking behind when  it comes to the sports industry here in Malta and it seems that sports journalism is an other area we need to improve on.

    keith bartolo 

    [Reply]

  4. Michelle Vella Wood says:

    I must admit I find it amusing that, coming from the football sector (which never comes even close to winning any medals on the international scene), you saw fit to denigrate other sports. May I remind you that other sports get much less funding than your precious football – and achieve much much more! Coming from personal experience I can assure you that the greatest pride is felt when people recognise that you are representing Malta in an international event – and winning a medal is the icing on the cake!
    I believe you owe a direct apology to Keith Galea – your excuse that his photo just ‘happened’ to be the one you chose speaks of unprofessional methods. He is a hard-working athlete who makes Malta proud – please take the time to appreciate THAT!

    [Reply]

  5. Kevin Tonna says:

    A really poor article………I get the impression that the author has never practiced any sport at elite level and therefore has absolutely no idea of what he is talking about!!

    [Reply]

  6. Luke Bonnici says:

    Dear Sandro

    I’m sorry to read something like this, especially when it’s written by someone who should know best than just attacking people’s sports achievements, no matter how small and insignificant they are (mind you I’m not saying Keith’s achievements are small or insignificant). I don’t like your personal attack on Keith (even though you don’t mention his name) and on the sport of triathlon. Keith’s build up to this season was exemplary. Another thing dear Sandro … it’s obvious that you don’t know anything about the sport of triathlon, and the contexts when the Malta Triathlon Association say that Maltese athletes are performing well on an international standard. I believe that the sport of triathlon has been constantly omitted from the GSSE by both the MOC and other foreign federations. That’s why triathlon federations from across Europe decided to create the TCSSE (Triathlon Championships for the Small States of Europe). In addition, I believe that the Malta-Sicily friendship games are fully endorsed by the MOC, and so gold medals from these games should be considered as such!

    And one last thing … I believe that Charles Camenzuli has always supported triathletes’ achievements abroad, and his comment seems to contradict what he’s been doing most of his life, i.e. supporting small sports and upcoming athletes!

    I don’t really care whether gold medals are made of gold or not. I was once told that even Olympic gold medals are made of cheaper metals, and then just coated in gold, sliver or bronze … What really matters is the effort people put to reach their ultimate summit.

    If sports reporting is to focus on the major events you mentioned e.g. Olympics, Commonwealth Games, GSSE, football (??) then I think there won’t be much need for sports journalists as these evens happen only once every few years!

    I guess, it’s time that both Sandro and sportinmalta.com start appreciating people’s efforts and achievements in sports no matter what. In addition, I believe that an apology should be issued to Keith for putting his achievements out of context.

    [Reply]

  7. Fabio Spiteri says:

    Sandro…ghadni kif erbaht bronze medal mil – MOC award ..kull ma hi bicca tal-plastic kwadra bil-kliem fuqha…allura l -MOC iddahqu bija ghax suppost tal-bronze ? Jien xorta dik tirraprezenta l-gharaq kollu li hrigt sajf u xitwa dis-sena…Qas fl-olympjadi ma jkunu kollha deheb habib ghax kieku jisirquwhom…… pero nahseb trid taggorna naqa ruhek ukoll …ghaziltu ritratt ta ‘ bniedem li t-triathlon hija hajtu…. ghax ma taqbzux ghalina u tisponsorjawla naqa tlielaq barra min xtutna ha nitjiebu fil-livell…sa fejn naf jien triathlon dejjem rizultati tajbin gibna.

    Ghadek kif gejt premjat midalja tad-deheb ta l-aqwa gurnalist !!

    Fabio

    [Reply]

  8. Nathan Farrugia says:

    Dear Sandro,

    I fully agree that performance is relative. It is relative to your abilities and those of the competition. Let me highlight some contradictions from a ‘spectator’ standpoint first.

    Millar winning a gold medal in the GSSE representing Malta in the past was a joke. He didn’t event take the medal home with him, yet he took the place of a Maltese youngster who may now have left the sport demotivated. Yet we (the Maltese) gleefully counted up our tally of golds nonetheless…  

    Millar winning a gold for Malta at GSSE? Useless. (No disrespect to Master Card). Millar is a superb cyclist and probably feels worse personally by accepting to race.

    Marco and his companions won no Gold Medal on reaching the summit of Everest. If physical and mental strength, years of training and preparation and perseverence are ‘sporting qualities’, then this achievement is worth any Gold Medal….

    Sub 10 hour Ironman achievements by a Maltese athlete are comparable in effort and achievement to ‘some’ Medals won in GSSE (where 3 people compete and the second gets a Silver with even the most mediocre performance, for example). Yet the Silver is hailed as an amazing achievement. (Medal-count syndrome?)

    There are plenty more examples of sporting achievement that outweigh ‘Gold Medals’ won in other sports that are given no credit. Winning an Age-Group in an international competition, to many who actually KNOW sport, is sometimes far more creditable than the traditional golds and silvers won with relatively poor performances that still get all the press coverage.

    If youngsters continue to see the coverage that is given for Gold Medals in ‘traditional’ sports, then we have no chance of ever developing the pentathletes, triathletes, archers, paralympic athletes and ultrarunners that, frankly, have more chance of success at international events than our 100m sprinters winning a gold at the Olympics (with no disrespect to my very close friends in athletics, who are the most dedicated of athlete’s i’ve met … and married ! :) ).

    Sporting achievement is relative and must be taken in context.

    I personally give far more kudos to a 62 year old running a sub 3hr marathon then many other athletes that get win awards. I also give far more credit to people who are sportsmen in their losing gracefully, without cheating, respecting others who have bettered them, and giving the sport a positive outlook.

    Those should be the gold-medalists. 

    I have a few (not many), and the ones i treasure most are the ones that have meaning. Winning the Basketball league as the underdog has far more value than winning it with the best players in the game. Finishing the Marathon Des Sables way back in 200 place was far more satisfying (And possibly creditable) than the GSSE Silver I won in Iceland…

    Some perspective, Sandro. Please.

    [Reply]

  9. chris camilleri says:

    Dear Sandro, I am Chris Camilleri – Canoeist. The definition of an athlete comes from the greek words Agon and Arete, which means Agony and pain in pursuit of excellence. In Greek times a winning amateur athlete would be awarded with an olive crown. Nowadays they are awarded Gold,Silver and Bronze. These medals represent exactly the Agon and Arete which the modern athlete has to go through, the strength in character, the resiliance and also the competitive spirit! Thus, yes, even if there are a few athletes, the winning athletes are awarded with GOLD!

    [Reply]

  10. William says:

    Sandro minjaf kikku kien hemm artiklu, Telekronisti tal habba gozz u ipoggu rittrat tiejak bil mic anka minajr issem nahseb thos xi haga ux,
    Skuzzani ta imma nahseb stajt igiejb rittrat ta middalja tad deheb milli ta athlieta li fuq kollox kien qed jigi ipremjat al ta lissforzi u sagrificji tijaw barra min Malta u xinu lis sports

    [Reply]

  11. Ruben Baldacchino says:

    Naqbel ma’ Manuel fuq il-punt fejn Sandro isemmi xi turnament bejn 10 pajjizi. Loghob tal-pajjizi z-zghar ikun inqas minn 10, allura ma nikunsidrawhx?

    Apparti hekk, kieku ridt naghmel kumment in generali ma kontx nuza ritratt ta’ atleta Malti ta sport partikolari. X’tahseb?

    [Reply]

  12. Euchar Camilleri says:

    Ghaziz Sur Micallef,

    L-atleta li b’kumbinazzjoni (?) ghogbok tpoggi biex jakkumpanja (jew jenfasizza?) l-artiklu tieghek, huwa atleta tal-Club tieghi, ricentament rebbieh tal-kampjonat nazzjonali tat-triathlon. Ghalhekk, hadd ma jlumni jekk, bhal hafna nies li jaqrawhom, nassumi li l-kummenti tieghek f’dan l-istess artiklu qed jirreferu ghalih u ghall-isport u l-Assocjazzjoni li gej minnha. Naqsam is-sentimenti tal-President tal-Assocjazzjoni Maltija tat-Triathlon, fit-twegiba matura tieghu, pero’ nhoss li ghandi nzid xi punti.

    Fil-bidu tal-artiklu tieghek ghidt li se tiddevja ftit milli titkellem biss fuq il-football. Nahseb hawnhekk, bir-rispett kollu, fejn qieghed in-nuqqas serju tieghek, u kif jghidu l-Inglizi “You better stick to your job” ghax forsi l-isport jiggwadanja xi ftit aktar. Jekk minghalik li b’dawn it-tip ta’ kummenti lejn atleti u Assocjazzjonijiet Nazzjonali ghamilt xi servizz lill-isport, jiddispjacini nghidlek li wrejt biss kemm int maqtugh mill-ambjent sportiv generali, kemm tfajt dell ikrah fuq shabek il-gurnalisti tal-isport, u kemm iddegradajt lill-isport u l-isportivi Maltin, u dan meta l-anqas biss ghandek idea infurmata fuq xhiex kont qed tikteb. Nahseb inutli fil-prezent li noqghod niktiblek id-dettalji tas-successi li kiseb it-triathlete Karkariz Keith Galea, ghax ninsab cert li ma tkun qed tifhem xejn, u ghax, tal-inqas jien, qatt ma rajtek prezenti ghal xi kompetizzjoni tat-triathlon. Gentilment nistiednek biex tikkuntattjani u nispjegalek fid-dettal x’inhu l-isport tat-triathlon u f’liema kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali jiehdu sehem il-Clubs u l-Assocjazzjoni Maltija. Id-dicenza kienet titlob li qabel tikteb dak li ktibt, kellek tikkomunika jew mal-Assocjazzjoni jew/u mal-atleta nnifsu, biex tkun tista’ tohrog l-informazzjoni kif xieraq u minghajr ma jwegga’ hadd. Wara kollox l-Ezekuttiv tal-Ghaqda Gurnalisti Sport huwa liberu fl-ghazliet tieghu, u jekk dan hass li s-successi tat-triathlon ma kienx jimmeritahom konsiderazzjoni, hadd ma kien se jmerihom jew jikkontestahom. Pero’ li taghti x’wiehed jifhem li Assocjazzjoni Nazzjonali hija wahda deficjenti b’tali moghod li mhix kapaci taghraf is-success li kisbet, u din kapriccozament issejjahlu ‘deheb’, nahseb li mhux accettabbli. Perswaz li l-maggornza l-kbira tal-gurnalisti sportivi Maltin huma aktar maturi f’hidmithom, u niehu din l-opportunita’ biex nirringrazzjahom ghall-manjera li biha irrappurtaw l-attivitajiet estensivi kemm ta’ Birkirkara St. Joseph Sports Club kif wkoll tal-Malta Triathlon Association matul din is-sena.

    Euchar Camilleri
    SEGRETARJU GENERALI
    Birkirkara St. Joseph Sports Club

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Euchar, nassigurak li r-ritratt intghazel biss fost il-hafna ritratti li jkollna fil-librerija taghna u bla ebda mod ma ridt naghmel referenza ghall-iSport u l-Club li tirraprezenta inti t-Triathlon. Ma nafx ghaliex qed titbaqbaq daqshekk – sandro

    [Reply]

    Dermot Galea Reply:

    Il-punt hu li jekk trid twassal messagg ingenerali mhux professjonali li taghmel ritratt ta’ individwu. Jekk nikteb artiklu negattiv u naghmel rittratt tieghek x’tifhem?

    Ghalkemm ma naqbilx mal-opinjoni tieghek, ghandek id-dritt taghmel l-osservazzjonijiet tieghek, pero’ minghajr ma tippunta subajk lejn hadd. Bir-ritratt ta’ Keith wasalt messagg hazin fuq l-isport taghna u atleta minn taghna. Nixtieqek taghmel gimgha training mieghu biex tifhem ahjar, u jekk taddendi xi tlielaq tkun tista tapprezza aktar l-isport taghna. Ir-rappurtagg minn naha tal-club u l-assocazzjoni dejjem kien korrett.

    Dermot Galea

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Dermot u Euchar, grazzi tal-kummenti taghkom u tal-kritika fil-konfront tieghi li nehodha bhala kritika kostruttiva.Tinsewx u zommu f’mohhkom li jien Gurnalist mhux reporter ,…… hemm differenza kbira nispera li tafu x’hini d-differenza bejn dawn iz-zewg rwoli, qatt ma nista` nintghogob ma kulhadd. Pero serrhu raskom nerga ntenni li ir-ritratt intuza purament b’kumbinazzjoni. sandro

    Fabio Spiteri Reply:

    tghid jirnexxielu jaghmel gimgha training ma keith? ovvja li m ghandhomx idea min xix nghaddu ahna , xemx , xita , 6 am, 6 pm, kesha, shana……ara ha noqghod kwiet…ironman lanzarote ghal sandro ha noffrija !!

  13. Ha nibda mill-ahhar punt: Il-valur tal-midalja tad-deheb mhuwiex f’kemm tiswa li kieku kellha tissarraf fi flus. Il-midalji tad-deheb, tal-fidda u tal-bronz huma uzati b’mod simboliku biex jinghata gieh lil dawk li spiccaw l-ewwel, it-tieni u t-tielet. Huwa irrelevanti jekk fil-fatt inghatawx medalji jew trofej, u wisq inqas relevanti jekk dawk il-midalji humiex verament tad-deheb, tal-fidda ecc.
    Inti tahseb li kieku kienet tad-deheb u l-atleta jiddeciedi jsarrafa fi flus, dawn il-flus b’xi mod ha jhalsuh lura tas-sagrificcji li kull mument huwa jaghmel mal-familja u mal-karriera tieghu, ha jhalsuh taz-zmien li huwa qatta jittrenja, tal-flus li nefaq fl-apparat tal-isport tieghu jew tal-ivjaggar li ghamel biex ikun jista jtellaq barra minn Malta?

    Ha nigi ghal-punt dwar ‘Age Groups’. Int ikkwotajt lis-Sur Charles Camenzuli jghid: “Sandro id-deheb jintrebah biss fil-Loghob Olimpiku, loghob tal-Commonwealth, loghob tal-Mediterran, loghob tal-Pajjiziz z-Zghar u loghob iehor simili.”

    Tista tkun iktar specifiku u tispjega x’inhu ‘loghob iehor simili’? Per ezempju, kampjonati internazzjonali, dawk mundjali jew dawk kontinentali jaqghu taht l-umbrella ta ‘loghob iehor simili’?

    U xi trid tghid biha: “ma nistax nifhem ghaliex assocjazzjonijiet sportivi iridu bilfors itennu li atleta rebah id-deheb meta sahansitra jkun ha sehem f’xi kompetissjoni internazzjonali ta’ xi Age group jew aghar minn hekk jghidulna li rbahna d-deheb meta jkun xi tournament bejn xi ghaxar pajjizi.” Ma jidhirlekx li hawnhekk hawn kontradizzjoni: il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar jinvolvu 8 pajjizi.

    Naqbel li rizultat ibbazat fuq ‘Age Group’ m’ghandux jigi mehud inkonsiderazzjoni meta l-gurnalisti jigu biex jghazlu l-aqwa prestazzjonijiet li jkunu saru matul is-sena.

    Imma allura il-ghaliex f’zewg kazijiet, atleti li gew t-tieni fi tlielaq internazzjonali l-anqas biss intghazlu ghall-finalisti tal-Isportivi Nazzjonali?

    Qed nirreferi ghal Brian Magri li f’Awwissu li ghadda ha sehem fil-London Sprint Triathlon u gie fit-tieni post minn 1400 atleta.

    Qed nirreferi ukoll ghal Keith Galea li f’Awwissu gie fit-tieni post minn 362 atleti li hadu sehem fin-Nottingham Triathlon.

    Manuel Azzopardi
    President – Malta Triathlon Association

    [Reply]

    Dilettant Sportiv Reply:

    Very good comment Mr.Azzopardi. Sandro is one of the better journos in Malta, but articles like this, I am sorry to say are lame. More important than the medal (and whatever material it is made of for that matter since it seems to concern you so much Sandro) is standing on the podium and having your name called out. Being a sport journo, ask the elite athletes and I am sure thats the response you will get.

    This is not the first article that I have seen from Sandro that is either faulty or provides some dumbfounded excuse for an article. This is a very good website. Please refrain from tarnishing it with these kind of ‘articles’

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    I never would dare to tarnish local sports – sandro

    [Reply]

    Dilettant Sportiv Reply:

    That is not what I was trying to imply. If you read my comment carefully before posting your comment I was critising some points in this and other articles such as: It-tahwid fil-Boxing f’Malta. You are a good journalist but I am sorry to say that trying to clarify the material of a medal or if a placed athlete merits the title of ‘took the silver medal’ is not good journalism at all in my opinion. Stick to what makes you a good journalist: report the facts and critisize when you know all the facts and where critisicm is due and legitimate

    Luke Bonnici Reply:

    so what was the whole point of this article?!

  14. alex attard says:

    very good point sandro

    [Reply]

Leave a comment