Kif inħafret is-sospensjoni ta’ Failla ?

Sunday, October 21, 2012, 13:25

Fil-programm Kontrattakk tal-lejla se jkunu diskussi l-logħob kollu tal-kampjoant BOV Premier fi tmiem din il-ġimgħa. Sandro Micallef se jkollu miegħu bħala mistiedna fl-isdudio lil Clive Brincat plejer ta’ Rabat Ajax, Joe attard Segretarju ta’ Valletta FC, Clive Mizzi kowċ ta’ Tarxien Rainbows u Clayton Failla plejer ta’ Hibs li illum se jkun qed jirritorna għal logħob wara s-sospensjoni fuq doping.

Failla minstenni jispejaga waqt il-programm l-aħħar tliet xhur ta’ ansjeta’ u problemi li kellu minħabba żball ġenwin li għal ftit ma swielux sentejn sospiż.

F’Kontrattakk tal-lejla jintwera servizz dwar l-eks plejer internazzjonali Richard Buhagiar li llum il-ġurnata maqtugħ għal kollox mill-futbol u qed jaħdem f’ġeneru ta’ xogħol verament interessanti.

Kontrattakk għandu produzzjoni ta’ Peter Cossai għal TVM. It-Tim tal-produzzjoni hu ffurmat minn Edmund Curmi, Joshua Cacciatiolo u Andre Xuereb. Direzzjoni ta’ Martin Merceica u Frans Lia.

Dawk li jgħixu barra minn Malta jistgħu jaraw il-programm b’mod dirett minn fuq is-sit www.tvm.com.mt. Il-programm jixxandar b’mod dirett ukoll fuq il-frekwenza 106.6 fuq l-FM.

Kontrattakk jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-9pm fuq TVM2





Leave a comment