Kickboxing K1 Fight Night

Thursday, November 7, 2013, 11:37

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet,  il-Gladiators Promotions għas-sitt darba konsekuttiva reġgħet organizzat il-kickboxing/K1 Fight Night fejn din is-sena saret ġewwa d-Dolmen Hotel. It-”Team Malta” ġġieled kontra t-team Olandiz fejn rebaħ 4 fights minn 5.

 

Brandon Bogon kellu wirja stupenda tiegħu, lil Dione Galea fejn għal darba oħra nizzel l-avversarju tieghu b’punch tajba gol-fwied, bhal ma kellu l-istess esperjenza gewwa Trapani f Novembru tas-sena l ohra. L-aħħar u mhux l-inqas lil Daniel Zahra u Ruth Tanti li ħarġu rebbieħa ukoll fil-kategoriji tagħhom.

Re-Match fid-dixxiplina K1 rules, li kienet tant mistennija mill-udjenza Maltija, bejn i- fighter Christian Schembri mill-Wu Shu Ky Kickboxing Club Malta kontra Brandon Spiteri tal-Ying Yang Kickboxing Club ġabret il-qofol tal-event. Hawn hekk Christian Schembri irnexxielu jirbaħ din il-fight tant missielta bi Split Decision, u qed jokkupa it-tmien rebħa minn ħdax il-fight fil-karriera qasira tiegħu, bi tlieta minnhom KO.

 

Christian Schembri, li huwa mħarreġ taħt il Master Silvio Camilleri kif ukoll bl-għajununa tal-coach Steve Martin kiseb dir-rebħa wara li fil-bidu tas-sena kien tilef m l-istess atleta. Christian kien ikkonċentrat ħafna fejn wera ġlieda ta’ livell u teknika għolja. Il-fighter Schembri sab ta’ għajnuna ħafna l-esperjenza li kellu xahar qabel fil-WMKF Championships fi Sqallija, fejn irnexxielu jirbaħ ġlieda oħra K1 kontra Francesco Cangitano permezz ta TKO fit-tieni round.
Fl-aħħar nett Wu Shu Ky Kickboxing Club jixtieq jirringrazja lil Noel Mercieca u Isaac Chetcuti bħala organizzaturi tal-Gladiators Fight Night 6, li kienet kompetizzjoni ta’ standard  għoli ħafna u xejn inqas lis-Sur Robert Cutajar, li huwa x-shadow minister għall-isport, fejn ippremja t-trofew lill-atleta Christian Schembri. Nixtiequ wkoll nesprimu l-apprezzament kbir tagħna għal meta naraw l-awtoritajiiet jinvolvu ruħhom fl-isport tal-Arti Marzjali, specjalment meta inkunu qed nirraprezentaw lil pajjizna.

Min jixtieq iktar informazjoni dwar dan l-isport jista facilment jibghat email fuq kickboxingmalta@hotmail.com jew jidhol fil facebook page https://www.facebook.com/update_security_info.php?wizard=1#!/pages/WU-SHU-KY-KICKBOXING-MALTA/155052167684?fref=ts





Leave a comment