Kickboxing: Azzopardi jitqabad f’Melbourne

Sunday, April 2, 2017, 23:00

Għada l-kickboxer professjonali Malti Keith Azzopardi ser ikun qiegħed iħalli pajjiżna biex imur l-Awstralja fejn għandu taqbida professjonali K1 f’Melbourne.  Azzopardi li għandu 24 sena ser ikun akkumpanjat mill-kowċ tiegħu Master Noel Mercieca.  Azzopardi li jifforma parti mill-Ying Yang Team Niel Kickboxing Club tal-Fgura huwa l-ewwel atleta tal-kickboxing Malti li ser jikkompeti f’Melbourne.

It-taqbida ser issir nhar l-1 ta’ April fuq stil ta’ K1, li tikkonsisti f’5 rawnds ta’ tliet minuti kull wieħed.  Huwa ser jitqabad kontra l-Awstraljan Steven Baldacchino.





Leave a comment