- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kickboxer Malti se jiġġieled għall-ewwel darba fil-Gżejjer Kanarji

Posted By Sportinmalta On April 23, 2018 @ 7:36 am In Featured,Kickboxing | No Comments

Christopher Rotin se jkun l-ewwel kickboxer Malti li qatt irrappreżenta lil pajjiżu fi ġlieda professjonali fil-Gżejjer Kanarji.

Rotin, li għandu 26 sena u jitħarreġ fil-klabb Ying Yang – Team Noel, se jkun qed jiġġieled waqt avveniment f’Las Palmas, Gran Canaria, nhar it-28 t’April. Huwa se jkun akkumpanjat mill-kowċ tiegħu; Master Noel Mercieca.

Rotin se jidħol għal bout ta’ K1 li se tkun maqsuma fi 3 rawnds ta’ 3 minuti l-waħda, u se jiġġieled kontra l-atleta mill-Gżejjer Kanarji, Bismarck Cooke.

Din mhix l-ewwel darba li Rotin kellu l-unur jgħid li kien l-ewwel atleta Malti li kkompeta f’pajjiż partikolari, hekk kif is-sena li għaddiet Malta kienet irrappreżentata għall-ewwel darba fl-Iran permezz ta’ Rotin.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kickboxer-malti-se-jiggieled-ghall-ewwel-darba-fil-gzejjer-kanarji/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.