KEVIN AZZOPARDI MAĦTUR CORE COACH TAL-UEFA

Wednesday, May 9, 2018, 15:45

Id-Direttur tar-Refereeing tal-Malta FA Kevin Azzopardi ġie maħtur mill-UEFA bħala referee coach fis-Centre of Refereeing Excellence (CORE) li għandu l-għan li jifforma l-ġenerazzjoni li jmiss tal-ogħla klassi ta’ referees.

Azzopardi hu fost 20 referee coaches mill-Ewropa, bir-responsabbiltà tiegħu tkun għal trios ta’ uffiċjali mill-Montenegro u l-Gżejjer Faroe.

CORE li llum qegħda fid-39 edizzjoni b’Alan Snoddy bħal Senior Course Leader, tinkludi Introductory Course ta’ 10 ijiem li bħalissa jinsab għaddej sat-3 ta’ Mejju, u mbagħad Consolidation Course fil-bidu ta’ Ottubru – li għandu jwassal biex kull min involut, permezz ta’ monitoraġġ regolari jevalwa l-progress milħuq fix-xhur bejn iż-żewġ korsijiet.

Il-kors jinkludi kemm sessjonijiet teoretiċi u prattiċi relatati mal-aspetti tekniċi tar-refereeing, kif ukoll tests fiżiċi u tests fil-lingwa Ingliża.

Azzopardi ikollu okkażżjoni wkoll josserva t-trios tiegħu f’żewġ logħbiet fl-Isvizzera u fi Franza.

Kevin Azzopardi bħala referee kien wieħed mill-parteċipanti meta ġie inawgurat CORE 1 bejn Settembru 2010 u April 2011, li fih ħadu sehem ir-referees Michael Oliver u Szymon Marciniak li llum huma stabbiliti sew fl-ogħla klassi, qabel ma hu nnifsu sar referee tal-FIFA fl-2013.





Leave a comment