Kevin Azzopardi Jattendi Refereeing Workshop Tal-UEFA

Thursday, November 17, 2016, 21:24

Gavin Muscat

Id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi din il-ġimgħa (bejn is-7 u t-8 ta’ Novembru) ipparteċipa fir-Referee Convention Workshop tal-UEFA li sar fi Vjenna.

Il-55 Assoċjazzjonijiet Membri tal-UEFA kollha attendew għal-laqgħa u ittrattaw diversi suġġetti konnessi mar-refereeing, fosthom l-organizzazzjoni nazzjonali, ir-referees femminili, mentoring u l-ingaġġ ta’ referees ġodda.

Kevin Azzopardi, fi preżentazzjoni lid-delegati, spjega s-sitwazzjoni preżenti tar-refereeing f’Malta; hu kien ukoll magħżul bħala Group Rapporteur waqt it-Talent & Mentor Workshop.

Waqt din iż-żjara tiegħu – l-ewwel waħda minn meta ġie appuntat bħala Direttur tar-Refereeing – Kevin Azzopardi ħa l-okkażżjoni jagħmel kuntatt ma’ rappreżentanti tal- Assoċjazzjonijiet l-oħra u jibni rapporti magħhom li għandhom iwasslu biex fix-xhur li ġejjin referees lokali jkollhom opportunijiet ta’ esperjenzi ġodda ’l barra minn xtutna.

Sadanittant, fix-xhur li ġejjin il-UEFA ser tkun qed tgħin lir-Refereeing Centre tal-Malta FA f’żewġ proġetti internazzjonali.

Kevin Azzopardi





Leave a comment