Kevaun Atkinson ta’ St Andrews jirbaħ l-unur għal April

Wednesday, April 25, 2018, 14:47

St Andrews ġabru 7 punti fl-aħħar tliet partiti tagħhom tal-istaġun biex żammew posthom fil-Kampjonat BOV Premier, l-aktar bl-isforzi ta’ Kevaun Atkinson.

Is-sensiela ta’ logħob pożittiv minn St Andrews bdiet bir-rebħa tagħhom ta’ 2-1 fuq Lija Athletic bil-plejer ta’ nofs il-grawnd Ġamajkan ikun l-awtur taż-żewġ gowls. L-ewwel gowl kien ix-xutt ta’ Atkinson li għeleb lill-gowler ta’ Lija wara tqassima fil-kaxxa mingħand Joseph Farrugia, bit-tieni gowl jasal fis-56 minuta, meta Atkinson telaq b’ġirja waħdu bil-ballun, daħal fil-kaxxa u b’xutt qawwi għeleb lil Martinelli.

Il-prestazzjoni memorabbli kontra Birkirkara wasslet lil St Andrews għar-rebħa ta’ 1-0 fuq l-avversarji tagħhom ferm aktar ’il fuq fil-klassifika, dan wara li laqtu l-lasta darbtejn, ingħataw penalty, li tah Kemar Reid u li wkoll laqat il-lasta imma li spiċċa b’mod perfett f’saqajn Misael Miranda li b’xutt qawwi għeleb lill-gowler ta’ Birkirkara.

Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal April 2018 lil Atkinson. Kevaun għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment