- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kemar David Reid jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar

Posted By Sportinmalta On February 7, 2018 @ 3:49 pm In Featured,Football | No Comments

Kemar David Reid ta’ St Andrew’s FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2018.

Il-plejer ta’ 24 sena li jilgħab f’nofs il-grawnd u li huwa mill-Ġamajka stabbilixxa lilu nnifsu bħala għajnuna kbira fl-isforzi ta’ St Andrew’s biex iżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier.

Hekk kif St Andrew’s kienu jinsabu b’gowl wieħed biss minn taħt kontra Ħamrun wara li kienet għaddiet kważi siegħa logħob, Kemar irnexxielu jfixkel lid-difensuri ta’ Ħamrun b’sensiela ta’ finti spettakolari biex imbagħad b’xutt fil-baxx sab ix-xibka ta’ wara minkejja li l-gowler ta’ Ħamrun, Galea prova jsalva b’qabża mingħajr suċċess. Il-prestazzjoni tiegħu matul din il-partita rebbħitu l-unur tal-BOV Plejer tal-Logħba u punt ferm importanti għal St Andrew’s.

Reid kien inkarigat mill-għoti tal-penalty li St Andrew’s ingħataw kontra Floriana wara nofs siegħa logħob hekk kif Marcelina waqqa’ lil Miranda Gomez fil-kaxxa ta’ Floriana, b’Reid ma jfallix mill-ħdax-il metru. Erba’ minuti wara kien qrib li jiskorja t-tieni gowl tiegħu b’xutt imdawwar fil-baxx li mar barra biss bi ftit pulzieri, filwaqt li xutt ieħor tiegħu kien salvat minn Akpan fis-70 minuta logħob.

Norman Bonello, il-Maniġer tal-Fergħa tal-Bank of Valletta f’Tal-Ibraġ, ippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2018 lil Reid li għażel lill ALS Malta Foundation biex jibbenefikaw mid-donazzjoni relatata ma’ dan l-unur.

Il-Bank of Valletta jappoġġja diversi dixxiplini sportivi ewlenin f’Malta u ilu s-sostenitur prinċipali tal-kompetizzjonijiet domestiċi tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol sa mill-2005.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kemar-david-reid-jirbah-il-bov-plejer-tax-xahar-ghal-jannar/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.