Kelli deċiżjoni jew nitlaq jew naħdem iktar – Mark Cutajar

Wednesday, June 8, 2011, 9:56

minn Sandro Micallef

“Ili nistenna din il-Konferenza Stampa sentejn” tenna Mark Cutajar id-Diettur tal-iSport fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti u Chef de Mission tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Liechtenstein il-ġimgħa l-oħra.

Hekk fetaħ l-intevent tiegħu Cutajar meta tkellem waqt laqgħa mal-media lokali l-għada li l-kontinġent Malti wasal lura minn dan il-Logħob li kien suċċess kbir. “Kont nisma’ kritika inġusta minn nies barra l-KOM li aħna m’aħniex kapaċi u li ma nifhmux u allura stajt jew niddeċidi li nitlaq jew nistinka iktar u naħdem biex jasal dan is-suċċess li filfatt wasal” tenna Cutajar.

Hu kompla jispjega dan is-suċċess billi qal li 74% tal-atleti li telgħu Liechtenstein ġew lura Malta b’midalja eżattament 44 atleta minn 60.  Hu rrimarka wkoll li l-istatistika li turi li nkissru 16 –il record Nazzjonali tikkonferma wkoll li dan il-Logħob kien l-iktar wieħed li ta’ suċċess għall-Malta wara l-edizzjoni tal-2003 li saret f’pajjiżna. Dawn ir-recrords inkisru 13 fl-Għawn u 3 fl-Atletika. Fl-iSport tal-Atletika, Cutajar qal li bkellna suċess kbir tant li 16 minn 18 –il Atleta ġew Malta b’ta l-inqas midalja waħda m’għonqhom. Hu rrimarka li kieku Nikolai Portelli ma weġġax fl-aħħar jiem Malta kienet tara iktar midalji u forsi kienet tiżdied oħra tad-deheb possibiliment fir-relay tal-irġiel.

Finalment id-Direttur tal-iSport Cutajar qal li sabiex nimxu iktar ‘il quddiem u kulħadd itejjeb il-ħinijiet u nagħmlu dak il-pass iktar irridu nibdlu r-run up tat-taħriġ invista ta’ l-edizzjoni li jmiss tal-Logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar fil-Lussemburgu.

Ferħana u sodisfatti b’dak li kisbu l-atleti – Lino Farrugia Sacco President KOM

Fil-Konferenza Stampa tkellem ukoll il-President tal-KOM l-Imħallef Farrugia Sacco li tenna li hu u sħabu kienu jinsabu ferm sodisfatti b’dan l-aħjar riżultat qatt miksub barra minn xtutna u tenna li kieku mhux għaliex kienet l-introduzzjoni tal-pajjiż tal-Montengro f’dan il-Logħob kien ikollna minimu ta’ żewġ midalji tad-deheb oħra (b’referenza għat-tlielaq tal-5K u 10K ta’ Lisa Bezzina).

Hu spjega li r-raba’ post fil-klassifika finali hu ta’sodisfazzjon kbir meta tqies li d-dixxiplini li aħna b’saħħitna fihom is-soltu bħal (sparar – clay shooting, Basketball, Ibburdjar u Ġinnastika) ma kienux inklużi f’dan il-Logħob.

U semma u faħħar lill-atleti żgħar li kienu jiffurmaw parti minn dan il-kontinġent fosthom semma lill-Nicole Gatt, Jessica Pace, Daniel Bajada, u Colette Sultana.

Farrugia Sacco ta l-opinjoni personali tiegħu fuq id-dixxiplini kollha u ringrazzja mhux biss l-atleti li pparteċipaw iżda wkoll l-amministraturi u l-kowċis li b’tant sagrifiċċju ġabu dan is-suċċess. U faħħar partikolarment lill-Marcon Bezzina li weġġgħet waqt il-kompetizzjoni tagħha u minkejja dan baqgħet tipprova tiġġieled fil-Bouts konsekuttivi tagħha fil-Judo.

“Mhux kollox pożittiv kellna f’dan il-logħob” u hawn għamel referenza għall-kwistjoni ta’ Dave Millar u għall-injuries fosthom ta’ Nikolai Portelli (Atletika) u Joseph Fiteni (Squash) qabel bdew il-Logħob. Il-President tal-KOM ikkritika wkoll lill-atleta tat-Tennis Kim Cassar li din insistiet li tmur tilgħab l-Olanda qabel il-logħob biex spiċċat ma marrietx tajjeb fis-Singles tagħha… “Dak li jieħu min ma jismax mill-pariri tagħna…. jispiċċa jsofri l-konsegwenzi” qal Farrugia Sacco.

Finalment il-President Farrugia Sacco bi frażi mhux tas-soltu u rringrazzja lill-Kunsill Malti għall-iSport tal-għajnuna finanzjarja diretta għall-parteċipazzjoni f’dan il-Logħob.





2 Comments

  1. Joe Borg says:

    Well done Mark et al.
    Worthless comments P Borg. Il-bahnan ukoll jidhak.

    [Reply]

  2. P Borg says:

    Dan qisu hu mar itellaq, qisu hu kien iqum kull filghodu jitharreg sabiex jikseb success, qisu hu ghamel daqstant sagrificcji biex jinkisbu r-rizultati, qisu kollox f’idejh… lol

    [Reply]

Leave a comment