Keith ‘the Speed’ Azzopardi nkurunat champion dinji tal-kickboxing

Friday, August 12, 2016, 15:45

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jifraħ lil Keith ‘the Speed’ Azzopardi li rebaħ it-titlu semi-professjonali tad-dinja tal-World Kickboxing Network. Azzopardi ġej minn Team Noel u tqabad kontra it-Taljan Alessandro Fillini u rebaħlu b’KO f’inqas minn minuta.

Keith ‘the Speed’ Azzopardi huwa atleta versatili ħafna u jitħarreġ kemm fil-kickboxing u anke fid-dixxiplina tal-boxing. Dan huwa riżultat ferm prestiġġjuż speċjalment għall-atleta nnifsu, li għalih dan huwa l-ewwel titlu dinji, u kif ukoll għal Team Noel, liema club jagħmel parti minnu Azzopardi. Huwa ta’ pjaċir għal dawk li jsegwu dan l-isport li jaraw atleta ieħor żagħżugħ emerġenti wara Daniel ‘the Jet’ Zahra li ddomina x-xena lokali bil-prestazzjonijiet tiegħu għal diversi snin, u li ħareġ ukoll mill-istess club.

Dan ikompli jżid mal-kullana ta’ riżultati tajbin li qed ikompli jkollhom l-clubs kollha membri fil-Malta Kickboxing Association (MKBA). Din l-assoċjazzjoni qiegħda tara li, fost l-oħrajn, dan l-isport jimxi ‘l quddiem b’mod san.

Keith 'the Speed' Azzopardi





Leave a comment