Keith Fenech itemm il-karriera kalċistika

Thursday, April 21, 2011, 18:46

minn Cristian Muscat

Qormi FC kellhom iktar minn raġuni waħda biex jirbħu l-aħħar partita mill-Kampjonat BOV Premier kontra Hibernians FC nhar it-Tnejn li għadda. Konxji mill-fatt li jispiċċaw l-istaġun fuq nota pożittiva wara staġun ferm diżappuntanti, il-plejers ta’ Qormi kienu konxji wkoll mill-fatt li din il-loghba kienet l-aħħar loghba fil-karriera ta’ wieħed mill-iktar plejers popolari fosthom – Keith Fenech.

Fenech, isem sinonimu mal-futbol lokali sa minn meta beda jilgħab b’ mod professjoanli ma’ Rabat Ajax erbatax- il sena ilu qal lil sħabu l-plejers ta’ Qormi li probabilment il-loghba tat-Tnejn li għadda kontra Hibs kienet se tkun l-aħħar logħba fil-karriera kompettitiva tiegħu.

Wara li nhar it-Tnejn li għadda huwa ngħata l-faxxa ta’ captain mingħand il-captain ta-tim ta’ Qormi u ħabibpersonali tiegħu Joseph Farrugia, Fenech ma setax ħaseb fi tmiem aħjar ghall-karriera tiegħu hekk kif Qormi għelbu lil Hibs b rebħa konvinċenti ta’ ħamsa bi tnejn.

Ta’ 35 sena, Fenech huwa konxju li l-aqwa snin fil-futbol huma warajh iżda żgur li l-passjoni tiegħu għal-loghba tal-futbol ġiegħlitu jirrikunsidra din id-deċiżjoni li jirtira mill-futbol. Għalkemm Fenech saħaq li l-logħba kontra Hbs kienet wahda fil-karriera tiegħu, wieħed jissuspetta li ċ-ċans li jaqta’ xewqtu u jilgħab ma ħuh iż-żgħir David li jilgħab maċ-ċempjins tal-Ewwel Diviżjoni Balzan Youths tista’ ġġiegħlu jirrikunsidra d-deċiżjoni tiegħu. Fil-fatt f’ kummenti li għadda lill-gazzetta lokali The Times tal-lum huwa qal li dejjem kellu x-xewqa li jilghab fl-istess tim ma’ ħuh David jew ma’ Balzan Youths li huwa l-club li bħalissa jinsab jilgħab miegħu jew ma’ Mellieha.





2 Comments

  1. Manuel Pinto de Fonseca says:

    Keith was a key and fundamental player for QFC throughout the past two seasons. He plays wholeheartedly and for the whole team. He motivates others on the pitch and always generous. During our difficult moments during the past games he was there like a warrior fighting for every ball. We have good memories of Keith and shall cherish his contribution to retain our premiership status. Thanks Keith! Wishing you best of luck, whatever your decision .

    [Reply]

  2. Weldone Keith Fenech. The National Team of Football needs you

    [Reply]

Leave a comment