Kaysie Wood sewwieq Malti tad-Drifting jiddebutta ġewwa L-Iskozzja

Saturday, August 26, 2017, 15:52

Is-sewwieq Malti tad-Drifting Kaysie Wood huwa impenjat fir-raba round tal-kampjonat tad-Drifting ġewwa l-Ingilterra, proprju fi Driftland fl-Iskozzja. Driftland hija l-ewwel trakka li nbniet ġewwa l-Ingilterra għal dan l-isport tal-karozzi li aktar ma jgħaddi ż-żmien qiegħed isir aktar popolari.

Fil-kompetizzjoni ser ikun hemm madwar 100 sewwieq li 60 minnhom ser ikunu fl-istess klassi ta Wood. Għalkemm Wood beda il-karriera tiegħu ġewwa pajjizna din mhiex l-ewwel darba li qiegħed jikkompeti barra minn xtutna u bħalissa huwa qiegħed irrankjat fil-31 post mit-52 xufier.





Leave a comment