Kayden Lagana rebaħ l-U12 fl-Irlanda, filwaqt li Philip Gruppetta tefa’ logħba perfetta ta’ 300 fl-U24

Monday, November 4, 2019, 10:40

Lagana, ta’ 11-il sena, żied fuq il-midalja tal-fidda li rebaħ il-ġimgħa l-oħra bir-rebħ tal-midalja tad-deheb fl-Irlanda fi tmiem il-ġimgħa.  Lagana ddomina l-grupp tiegħu mill-bidu, b’medja tajba ħafna ta’ 194 pin u żamm l-ewwel post fis-semi finali wkoll. Fil-finali, hu għeleb lit-tliet plejers l-oħra li għaddew għall-finali biex b’hekk rebaħ meritatament.

Gruppetta li kien l-uniku plejer ieħor minn Malta li spiċċa fit-12-il pożizzjoni fil-kategorija missielta ta’ taħt l-24 sena, fejn kellu l-unur li lagħab logħba perfetta ta’ 300 pin.

Din kienet il-ħames midalja li ż-żgħażagħ Maltin s’issa ġabu fil-European Youth Tour ta’ dan l-istaġun. Apparti ż-żewġ midalji ta’ Lagana, kellna dik tad-deheb ta’ Dwayne Zahra l-ġimgħa l-oħra fil-Belgju, kif ukoll żewġ midalji tal-bronż ta’ Edward Xuereb u Chris Fenech f’Settembru f’ Southampton.

Fl-aħħar ta’ Novemberu, 10 żgħażagħ sejrin Franza għar-raba’ waqfa tal-YET biex ikomplu bil-wirjjiet b’saħħithom f’dawn il-kompetizjonijiet Ewropej.





Leave a comment