Kayak For Charity Tkompli Bl-Għajnuna Tagħha Fil-Missjoni Billi Tgħin Lil Ħaddieħor Permezz Tal-Isports

Wednesday, November 23, 2016, 18:50

Gavin Muscat

L-attività ta’ din is-sena ikkonsistiet f’qadfa ta’ erbgħin mil nawtiku madwar id-dawra ta’ Malta permezz tal-Kayak.  Il-qadfa ta’ din is-sena saret f’kundizzjonijiet ta’ temp favorevoli ħafna għall-qaddiefa, u kienet kompluta fi tlettax –il siegħa.

Apparti minn Dorian Vassallo u Albert Gambina; li kienu l-ħsieb wara din il-qadfa, ħadu sehem ukoll, Michael Farrugia u għal-ewwel darba ħadu sehem ukoll Alan Borg u Renato Brincat.  Renato Brincat irnexxielu jidħol ukoll fil-kotba tar-rekords permezz ta’ din il-qadfa, għaliex hu l-ewwel qaddief li għamel id-distanza msemmija b’tip ta’ Kayak li jgħidulu Surfski.

Ir-riżultat ta’ din il-qadfa sarraf ukoll fi ġbir ta’donazzjoni ta’ €4000 u li din is-sena ġew mgħoddija lil Karibu! Malta, biex tgħin fi proġett ta’ bini ta’ skola ġewwa Mbaoni, il-Kenya. Karibu! Malta hija għaqda taż-żgħażagħ ibbażata f’Malta.  L-għan ewlieni ta’ din l-għaqda hu li tiġbor kemm jista’ jkun fondi biex timplimenta proġetti ġewwa rħula differenti ġol-Kenja. Il-pjan għas-sena d-dieħla huwa li tinbena skola għat-tfal li lanqas biss għandhom dawl u ilma, aħseb u ara kemm għandhom faċilitajiet edukattivi.  Infatti bħalissa, meta dawn it-tfal imorru l-iskola’, jkollhom jiktbu fuq irkupptejhom. Iktar informazzjoni tistgħu issibuha fuq http://www.facebook.com/karibumalta

L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw pubblikament ukoll lis-sidien tal- Al Fresco Restaurant, Birżebbuġa tas-sapport kontinwu tagħhom.





Leave a comment