Karl Pulo jiffirma ma’ Tarxien Rainbows

Thursday, June 30, 2011, 18:14

minn Cristian Muscat

Tarxien Rainbows assiguraw is-servizzi ta’ Karl Pulo mingħand Birkirkara. Il-plejer iffirma kuntratt ta’ tliet snin mar-Rainbows. Prodott ta’ Pieta’ Hotspurs, Pulo għamel id-debutt tiegħu fil-Kampjonat BOV Premier fl-istaġun 2005/06.

Madankollu wara li l-Hotspurs ġew relegati fil-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni, huwa ngħaqad ma’ Birkirkara fis-sajf tal-2009. Fl-ewwel staġun tiegħu mal-Istripes, huwa rebaħ il-kampjonat BOV Premier. Intant riċentament, ir-Rainbows iffirmaw lill-goalkeeper Nicky Vella minghand Valletta u ġeddew il-kuntratti tal-plejers barranin tagħhom Everton Antonio Pereira, Ricardo Costa kif ukoll ta’ Daniel Mariano Bueno.





Leave a comment