Karate: Organizzat il-Kampjonat tal-Karate tal-Istati ż-Żgħar f’Malta

Friday, September 23, 2016, 12:50

Gavin Muscat

Illum saret it-tielet edizzjoni tal-Kampjonati tal-Karate tal-Istati iż-Żgħar tal-Ewropa fil-Hall Sportiv tal-Universita ta’ Malta.  Numru rekord ta’ 250 atleta bejn it-tnax u il-ħamsa u għoxrin sena minn: Andorra, Ċipru, Liechtenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco u San Marino ħadu sehem.  Liema kompetizzjoni saret taħt il-patroċinju tal-World Karate Federation.

Il-kompetizzjoni kienet maqsuma fi tnejn; Kata u Kumite.  Malta rebħet 7 midalji tad-deheb fil-Kata, 4 tal-Fidda u 6 tal-Bronż.

‘Inhossuna onorati li kellna l-opportunita li nilqgħu fostna lil shabna filwaqt li konna fil-qalba ta’ dan l-avveniment prestiġjuż.  L-atleti tagħna, il-kowcis, ir-referees kif ukoll il-voluntiera urew sostenn kontinwu lejn il-Malta Karate Federation. Żgur li din hija ir-raguni tas-success tagħna, qal il-President tal-MKF Kenneth Abela.

Għal din il-kompetizzjoni kien hawn f’pajjizna l-President tal-World Karate Federation is-Sur Antonio Espinos.  Din is-sena l-Karate ġie aċċettat bħala sport Olimpiku, anke metru tal-hidma kbira u tat-tmexxija għaqlija tas-sur Espinos.  Permezz ta’ dan ir-rizultat, il-membri tal-MKF jistgħu jilhqu l-holma tagħhom li jirrapprezentaw lil pajjiżna fil-logħob Olimpiku.

Il-Malta Karate Federation tirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil Sportmalta għall-appoġġ kontinwu tagħhom.

Il-ġurnata tal-kompetizzjoni bdiet b’cerimonja tal-ftuh li għaliha, minbarra l-President Espinos, attendew is-Segretarju Parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Zgħazagħ u Sport Chris Agius, il-kelliem tal-oppozizzjoni għall-isport David Agius u l-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello.





Leave a comment