- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Karate: Malta kiseb rizultati eccellenti waqt il loghob tal-Pajjizi z-zghar

Posted By Sportinmalta On October 6, 2014 @ 8:00 am In Featured,Other | No Comments

Wara r-riżultati eċċellenti li kiseb it-tim Malti tal-Karate waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-żghar ftit tal-ġranet ilu fil-Lussemburgu fejn rebaħ sitt midalji tad-deheb, erba fidda u erba bronż, il-Federazzjoni ser terġa tikkompeti f’avviniment ieħor internazzjonali. Il-Ħamis li ġej, tnejn u għoxrin karetekas ser jitilqu lejn il-Polonja biex jieħdu sehem fl-OpenTournament li qed jorganizza dan il-pajjiż stess.

Il-kontinġent Malti hu ffurmat minn 8 atleti nisa u 14 –il tifel. Il-grupp ser ikun akkumpanjat mill-coaches Nazzjonali Sensei Joe Tanti u Sensei James Galea, filwaqt li Michelle Vella ser tkun l-uffiċjal mill-Federazzjoni Maltija tal-karate. Iż-żgħażagħ Maltin ser jieħdu sehem fil-Kata li hija logħba wieħed kontra l-ieħor b’forma ta’ sekwenza kif ukoll ser ikun hemm il-Kumite li huwa kumbattiment bejn atleti b’forma ta’ punteġġi.

F’dan l-Open tal-Polonja ser jieħdu sehem 17-il-pajjiż fosthom il-Ġappun, Russja u l-Ukrajna. B’kollox ser ikun hemm total ta’ 500 atleta.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/karate-malta-kiseb-rizultati-eccellenti-waqt-il-loghob-tal-pajjizi-z-zghar/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.