Kapaċi nirbħu l-Fidda – Alex Anastasi

Monday, May 30, 2011, 15:54
Mix-xelllug Alex Anastasi, Daniel Bajada, Andrei Makowski (kowċ) u Simon Gerada

Mix-xelllug Alex Anastasi, Daniel Bajada, Andrei Makowski (kowċ) u Simon Gerada

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports.

Fost il-kontinġent Malti tat-Table Tennis tirrenja atmosfera pożittiva u ta’ ottimiżmu hekk stqarr Alex Anastasi l-uffiċjal li jinsab jakkumpanja lill-atleti li se jirrapreżentaw lil pajjiżna f’dan il-logħob.

“Għadna kif ġejjin lura minn Milan fejn kellna training camp li kien wieħed pożittiv u nista’ ngħid li qedgħin biċ-ċans li nirbħu tal-inqas midalja tal-Fidda żgur fil-kategorija tal-irġel iżda anke fin-Nisa għandi aspettativi sbieħ.”

It-team Malti tat-Table Tennis hu ffurmat minn Daniel Bajada u Simon Gerada li se jiedu sehem fl-individwali  u d-doubles tal-Irġiel u Lu Pei  Feng u Jessica Pace ta’ 16 –il sena li se jieħdu sehem fl-individwali u fid-doubles tan-Nisa.

Jessica Pace wara s-sessjoni tat-Tnejn filgħodu kkumentat li tinsab ħerqana ħafna sabiex tħalli timbru speċjali fid-debutt tagħha f’dawn il-logħob. “Għalkemm ikolli nametti li ninsab xi ftit eċitata ninsab konvinta li se naqta` figura tajba speċjalmet fil-kompetizzjoni tat-timijiet u tad-doubles tan-Nisa.

Minn naħa taghħa Lu Pei Feng ta’ 21 sena li wkoll se tkun qed tirrapreżenta lill-pajjiżna għall-ewwel darba f’dawn il-logħob qalet li hi ġiet Liechtenstein speċifikament biex tirbaħ.

Ta’ min isemmi li sabiex waslu għal din is-sessjoni ta’ taħriġ l-atleti Maltin kellhom jivvjaġġaw minn ta’ l-inqas siegħa u nofs sal-Kumpless li jinsab fi Triesen.


Filmati: Roberto Runza Net TV, Darren Paris One TV, Edmund Curmi TVM, Ramon Azzopardi Melita
Muntagg: Ramon Azzopardi





Leave a comment