Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton

Friday, February 14, 2020, 10:08

L-Għaqda Nazzjonali tal-Badminton, Badminton Malta, ser tkun qed torganizza l-kampjonati nazzjonali ġewwa l-kumpless sportiv tal-Kottonera, fil-jiem li ġejjin.

L-ewwel rawnds ikunu bejn il-15u s-16 ta’ Frar, u s-semifinali u l-finali jintlagħbu bejn it-22 u t-23 ta’ Frar.  Is-Sibtijiet il-logħob ikun bejn is-13:15 u l-17:00 u l-Ħdud filgħodu mid-9:15 il-quddiem.

Din il-kompetizzjoni tintlagħab fuq ħames kategoriji, dawk ta’ Men’s Singles, Women’s Singles, Men’s Doubles, Women’s Doubles kif ukoll Mixed Doubles.

F’din il-kompetizzjoni ħa jkunu qed jieħdu sehem 34 parteċipant, mifruxin fuq etajiet differenti.

Iċ-ċampjins renjanti jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jiddefendu t-titli tagħhom, waqt li l-plejers żgħażagħ ħa joffru oppożizzjoni denja, biex idawru r-riżultati favurihom.

Il-pubbliku huwa mistieden jattendi u d-dħul huwa b’xejn.

 





Leave a comment