Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon

Wednesday, January 26, 2011, 8:40

L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Triathlon, flimkien ma’ Birkirkara St Joseph SC u Joseph F. Spiteri & Co (1927) Ltd, se torganizza il-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon nhar is-Sibt li ġej 29 ta’ Jannar fir-rotta tas-Salina. It-tellieqa, li se tibda fis-saghtejn ta’ wara nofs in-nhar, se tkun fuq dawn id-distanzi: Ġirja ta’ 5km, Rota ta’ 30km u Ġirja ta’ 3km.

Il-Kategorija tan-Nisa’ x’aktarx li mhix se tofri xi sorpriza, b’Danica Bonello Spiteri (St Patrick’s AC) il-favorita li tirbaħ dan il-Kampjonat li hi rebħet 5 darbiet f’dawn l-aħħar 13-il sena. Ir-rivali l-aktar viċini tagħha, Donatelle Callus u Marica Micallef (St Pat’s), għandhom jissieltu għat-tieni u t-tielet post.

Il-Kategorija tal-Irġiel għandha tkun wahda ferm aktar miftuħa, b’mhux inqas minn 5 atleti jikkontestaw l-ewwel post. Bir-rebbieħ tas-sena l-oħra, Dermot Galea, assenti mit-Tellieqa, għandu jkun hemm battalja interessanti bejn Fabio Spiteri (St Pat’s), Brian Magri (Pembroke Athleta), Keith Galea (B’Kara St Joseph) u Mark Zammit (Pembroke Athleta).

 Fl-aħħar mill-aħħar, għandu mnejn li l-akbar sorpriza tiġi min-numru dejjem jikber ta’ parteċipanti.

It-tellieqa hija sponsorjata wkoll minn Kristal Water u The Plum Tree Restaurant, Qawra.





Leave a comment