Kampjonati Nazzjonali Cadets

Tuesday, November 27, 2012, 10:54

Quddiem attendenza kbira ta’ ġenituri u familjari oħra saru l-Kampjonati Nazzjonali Cadets Schoolboys u Schoolgirls fin-Naxxar Boys Secondary. It-tijm tan-Naxxar Boys Secondary kisbu l-ewwel post permezz ta’ erba’ midalji deheb filwaqt li l-Qawra Wrestling Club  rebħu midalja deheb, tlieta fidda u thieta bronze. Mill-banda l-oħra l-lottaturi ta’ Stella Maris Club spiċċaw it-tielet b’midalja tad-deheb, tlieta fidda u tnejn bronze. It-taqsima tfajliet intrebħet mill-Qawra Wrestling Club b’rota ta’ erba’ deheb, erba’ fidda u waħda bronze.

    Kif kien mistenni l-lottatur promettenti Gary Giordimaina  tat-tijm Naxxar ma kellux diffikulta jirbaħ il-Cadet 54kg minkejja l-isforzi ukoll tajbin ta’ Daniele Zingariello ta’ Stella Maris. Franklyn Schiberras  kellu jisforza sewwa biex rebaħ lil Jurgen Agius ta’ Qawra fil Cadet 58kg. Il-Cadet 63kg intrebħet minn  Mark Galea ta’ Naxxar. Mill-banda l-oħra Samuel Portelli ta’ Stella Maris kiseb id-deheb wara li għeleb lil Luca Amato tal-istess tijm fil-kategorija Cadet 87/100kg. Fil-kategorija schoolboys 47kg id-deheb inkiseb minn Liam Zammit  ta’ Qawra.

    Fit-taqsima tfajliet ħadu sehem biss lottaturi ta’ Qawra Wrestling Club. Ir-rebbieħa kienu Amy Chircop (44kg), Emma Farrugia (57kg), Angele Galea Cesario (57/62kg) u Janette Zarb (65kg).

    Ir-referees kienu Mr. Abraham Vassallo u Mr. Lawrence Attard filkwaqt li Mr. Jesmond Giordimaina kien mat charman u Kenneth Vella timekeeper. Kien preżenti wkoll il-President tal-federazzjoni Simon A. Bonello





Leave a comment