- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kampjonati Mondjali tas-Snooker: It-Tim Malti fil-Kwarti Finali

Posted By Sportinmalta On August 4, 2016 @ 11:01 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Kampjonati Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet 2016 organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation

It-Tim Malti fil-Kwarti Finali

Gavin Muscat

It-Tim Malti tas-Snooker kompost minn Alex Borg u Brian Cini kkwalifikaw għall-Kwarti Finali fil-Kampjonat Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet li qed jintlagħab gewwa Sharm El Sheikh, fl-Egittu wara żewġ rebhiet akar kmieni llum.

Kmieni wara nofsinhar il-Maltin iltaqgħu kontra t-tim tal-Egittu u rebhu 3-1. It-Tim Malti tilef l-ewwel frame izda rkupra tajjeb u rebah it-tliet frames ta’ wara biex kiseb post fl-aħħar 16 fejn hawnhekk iltaqgħu kontra t-tim tal-Indja. Iż-żewġ plejers Maltin kellhom wirja kbira meta wara li tilfu l-ewwel żewġ frames irnexxielhom jaqilbu r-rizultat billi rebhu t-tliet frames ta’ wara għal skor finali ta’ 3-2 favur it-Tim Malti. Din kienet l-14 il-rebha konsekuttiva għal dan it-Tim kompost minn dawn iz-żewġ plejers fejn kienu rebhu t-tmien logħbiet li lagħbu biex saru Champions Ewropej f’Gunju li għadda gewwa l-Litwanja u issa rebhu s-sitt logħbiet li lagħbu f’dan il-Kampjonat Mondjali.

Fil-Kwarti tal-Finali li tintlagħab għada (il-Ġimgħa) fid-9.30am huma se jiltaqgħu kontra t-Tim tac-Cina li huma ssidjati n-numru 1 f’dan il-Kampjonat. Din il-logħba tkun l-ahjar minn 7 frames. Il-Kampjonat jintemm għada stess meta aktar tard isiru l-logħbiet tas-Semi Finali u l-Finali.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-IBSFwww.ibsf.info jew www.esnooker.pl

Il-partecipazzjoni tat-Tim Malti f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta.

Alex Borg

Brian Cini


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kampjonati-mondjali-tas-snooker-it-tim-malti-fil-kwarti-finali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.