Kampjonati Mondjali tas-Snooker: Cini eliminat fl-aħħar 32

Thursday, August 4, 2016, 20:18

Gavin Muscat

Kampjonati Mondjali tas-Snookertat-Timijiet u tas-6 reds 2016 organizzati mill-IBSF

Brian Cini safa eliminat mill-Kampjonat Mondjali tas-6 reds meta fil-logħba tal-aħħar 32 huwa safa megħlub minn Mohammad Rais Senhazi tal-Afgħanistan bl-iskor ta’ 4-2. Aktar qabel Cini rebah il-logħba tal-aħħar 64 kontra l-plejer minn Hong Kong Chi Wai Au bl-iskor ta’ 4-2. Dawn il-Kampjonati qed isiru flimkien ma’ dawk tas-Snooker tat-Timijiet u qed jintlagħbu gewwa Sharm El Sheikh, fl-Egittu. Dawn il-Kampjonati huma organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation.

Għada jitkompla l-Kampjonat tat-Timijiet bit-Tim Malti kompost minn Alex Borg u Brian Cini jkun impenjat f’logħba mill-aħħar 32 kontra l-Egittu. Din il-logħba tibda fis-1.30pm u tkun l-ahjar minn 7 frames. Ir-rebbieh ta’ din il-logħba jiltaqa’ kontra l-Indja jew is-Sawdi Arabja għada stess fil-5.30pm.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-IBSFwww.ibsf.info jew www.esnooker.pl

Il-partecipazzjoni tat-Tim Malti f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta.

Brian Cini





Leave a comment