Kampjonati Mondjali tas-Snooker: Borg u Cini jiksbu r-raba’ rebħa

Thursday, August 4, 2016, 20:44

Gavin Muscat

Alex Borg u Brian Cini li qed jiehdu sehem fil-Kampjonat Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation u li qed isiru f’Sharm El Sheikh, fl-Egittu rebhu r-raba logħba tagħħom minn daqstant logħbiet meta għelbu lill-Iran bl-iskor ta’ 3-2 wara li kienu 2-1 minn taht. B’hekk it-tim Malti li f’Ġunju li għadda rebhu l-Kampjonat Ewropew gewwa l-Litwanja issa rebhu t-12 il-logħba li lagħbu flimkien wara li fil-Litwanja kienu rebhu t-tmien logħbiet li lagħbu. Dan jawgura tajjeb għall-fażi tan-knock-out f’dan il-Kampjonat li jibdew jintlagħbu nhar il-Hamis li gej bl-avversarji tat-tim Malti għad iridu jigu magħrufa.

Mill-Kampjonat tas-6 reds Brian Cini li qed fi Grupp F jilgħab l-aħħar zewg logħbiet tiegħu mill-grupp għada t-Tnejn meta fin-12.30pm jiltaqa’ kontra Rahul Ajay Sachdev tal-Indja waqt li fit-3.30pm jilgħab kontra Chau Hon Man ta’ Hong Kong.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-IBSF www.ibsf.info jew www.esnooker.pl

Dawn il-Kampjonati qegħdin jiġu murija fuq l-istazzjonijiet tat-TV Dream Channel u Nile TV.

Il-partecipazzjoni tat-Tim Malti f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta.

Alex Borg

Brian Cini





Leave a comment