Kampjonati Mondjali tas-Snooker 2016: It-tim Malti jħalli Malta llum

Tuesday, July 19, 2016, 12:45

Gavin Muscat

Kampjonati Mondjali tas-Snooker 2016 tat-Timijiet u tas-6 reds organizzati mill-IBSF

It-tim Malti jħalli Malta llum

It-tim Malti tas-Snooker kompost minn Brian Cini u Alex Borg illum ihalli Malta biex minn nhar l-Erbgħa jibda jieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker tat-Timijiet organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation. Dawn il-Kampjonati ser jintlagħbu gewwa Sharm El Sheikh, fl-Egittu u jibqgħu sejrin sa nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju meta jintlagħbu l-Finali tat-tliet kategoriji, dawk tal-Irgiel, tan-Nisa u dawk tal-Masters. Malta se tiehu sehem f’dawk tal-Irgiel permezz ta’ Cini u Borg li f’Ġunju li għadda rebhu l-Kampjonat Ewropew gewwa l-Litwanja.

F’dan il-Kampjonat se jieħdu sehem 101 tim minn 27 pajjiż b’65 minnhom fil-kategorija tal-Irgiel, 12 f’tan-Nisa u 24 f’dik tal-Masters. Fil-logħbiet tal-gruppi kull tim jilgħab 5 frames kontra t-tim oppost b’erbgħa frames ikunu singulari waqt li t-tielet frame jintlagħab doubles.

Waqt dawn il-Kampjonati ser jintlgħabu wkoll dawk Individwali tas-6 reds. Malta se tkun irrapprezentata biss min Brian Cini waqt li Borg ma jistax jieħu sehem minhabba li huwa plejer fil-Main Tour tal-World Snooker Association. Cini jibda l-impenji tiegħu f’dan il-Kampjonat  nhar l-Erbgħa wkoll.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-IBSF www.ibsf.info jew www.esnooker.pl

Dawn il-Kampjonati ser jigu murija fuq l-istazzjonijiet tat-TV Dream Channel u Nile TV.

Il-parteċipazzjoni tat-Tim Malti f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta.

————————————————————————————————————————————————————-

Borg se jirrapprezenta lill-plejers Ewropej fuq kumitat tal-European Billiards and Snooker Association 

Sadanittant Alex Borg gie magħzul mill-Bord Ezekuttiv tal-European Billiards and Snooker Association (EBSA) biex jirrapprezenta lill-plejers Ewropej fuq kumitat li l-Għaqda Ewropeja għadha kif hatret biex tkompli ttejjeb il-livell u l-organizzazzjoni tagħha. Fuq dan il-kumitat hemm sebgħa persuni fosthom ic-Chairman tal-World Professional Snooker Association is-Sur Jason Ferguson u c-Chairman tal-EBSA is-Sur Maxime Cassis.

 

Fi stqarrija l-Malta Billiards and Snooker Association ferħet u awgurat lis-Sur Borg għal din il-kariga u qalet li din tkompli tikkonferma l-isem tajjeb li pajjiżna għandu f’dan l-Isport fix-xena Internazzjonali.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Alex Borg u Brian Cini

————————————————————————————————————————————————————-

Alex Borg

————————————————————————————————————————————————————-

Brian Cini u Alex Borg wara li rebħu l-Kampjonat Ewropew f'Ġunju li għadda





Leave a comment