- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kampjonati Mondjali tas-Snooker 2016: Day 4

Posted By Sportinmalta On November 27, 2016 @ 5:45 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Hekk kif il-Kampjonati Mondjali tas-Snooker organizzati mill-IBSF li qed isiru ġewwa Doha fil-Qatar, waslu fir-raba’ jum, Jason Peplow kiseb it-tieni rebha tiegħu minn daqstant logħbiet.

Aktar kmieni dalgħodu huwa kien fl-azzjoni kontra Asgeir Gudbjartsson tal-Iżlanda fejn rebaħ bl-iskor ta’  3-1. Dawn kienu l-punteġġi (Peplow l-ewwel) 58-11, 45-53,77-33,77-31. B’hekk Peplow jinsab jokkupa t-tieni post fi Grupp G b’ħames punti, wiehed inqas mill- Awstraljan Paul Thomerson. Huwa jilgħab it-tielet logħba tiegħu għada l-Erbgħa fis-7pm ħin lokali (Qatar) kontra Salim Ali Alsuwaidi tal-Emirati Arab Maqgħuda.

Intant mill-Kategorija tal-Irġiel iz-żagħżugħ Brian Cini qed jilgħab bħalissa kontra Mohammad Rais Senzahi tal-Afganistan. Skor parzjali 2-0 għal Senzahi.

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin kienet possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati tista’ tinkiseb minn fuq il-websites www.esnooker.pl u www.ibsf.com


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kampjonati-mondjali-tas-snooker-2016-day-4/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.