Kampjonati Mondjali tas-Snooker 2016: Bidu tajjeb għal Brian Cini fil-Qatar

Sunday, November 20, 2016, 14:12

Gavin Muscat

Brian Cini beda l-impenji tiegħu b’rebħa fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker li qed isiru ġewwa Doha, fil-Qatar. Dan meta kien fl-azzjoni dalgħodu fl-ewwel logħba tiegħu kontra Mekdad Taqi tal-Kuwait fejn rebaħ bl-iskor ta’ 4-1.

Cini, li qed jilgħab fi grupp C,  fil-kategorija tal-irġiel, jerġgħa jkun fl-azzjoni għada il-Ħadd, 20 ta’ Novembru fis-1 pm ħin lokali (Qatar) fit-tieni logħba tiegħu kontra Akdi Soulaimane tal-Marokk li tilef l-ewwel logħba tiegħu 4-0.

Fil-kategorija tal-Masters, Jason Peplow, li qed jilgħab fi grupp G, jibda l-ewwel logħba tiegħu nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru fl-10 am ħin lokali (Qatar) meta jilgħab kontra Marc Chouillier ta’ Franza.

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin kienet possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati tista’ tinkiseb minn fuq il-websites www.esnooker.pl u www.ibsf.com

Brian Cini





Leave a comment