Kampjonati Mondjali tas-Snooker 2015 organizzati mill-IBSF

Wednesday, November 18, 2015, 17:37

Gavin Muscat

Sitt plejers Maltin tas-Snooker minn ghada t-Tnejn jibdew jiehdu sehem fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker organizzati mill-International Billiards & Snooker Federation. Dawn il-Kampjonati ser ikunu organizzati gewwa l-belt ta’ Hurghada fl-Egitttu bejn ghada t-Tnejn 9 ta’ Novembru u s-Sibt 21 ta’ Novembru.

Mitejn u wiehed u hamsin plejer (251) ser jiehdu sehem fi tliet kategoriji li huma dawk tan-Nisa (37 plejer), tal-Irgiel (134 plejer) u dawk tal-Masters (Over 40 yrs – 80 plejer). Dawn il-plejers se jkunu qed jirrapprezentaw 43 pajjiz fosthom Malta fejn sitt plejers Maltin se jiehdu sehem f’zewg kategoriji, tlieta fil-Kampjonati tal-Irgiel u tlieta f’dawk tal-Masters.

Fil-Kategorijja tal-Irgiel Malta se tkun rapprezentata mic-champion lokali Alex Borg kif ukoll miz-zewg zghazagh promettenti Aaron Busuttil u Brian Cini. F’dik tal-Masters se jiehdu sehem ic-champion tal-Kampjonat lokali tal-Masters Jason Peplow flimkien ma’ Simon Zammit u Ivan Attard.

Ghada fl-ghaxija ssir ic-cerimonja tal-ftuh. Il-plejers kollha gew imtella’ f’diversi gruppi bil-loghob f’din l-ewwel fazi jsir bis-sistema round robin. Dan il-loghob ser jintlaghab bejn nhar it-Tlieta 10 u t-Tlieta 17 ta’ Novembru fejn mill-Erbgha 18 ta’ Novembru il-plejers li jkunu kkwalifikaw mill-gruppi ikomplu fil-fazi tan-knock out sakemm is-Sibt 21 ta’ Novembru isiru l-Finali tat-tliet kategoriji.

Il-loghob fil-fazi tal-gruppi jkun l-ahjar minn 7 frames fil-kategorija tal-Irgiel u minn 5 frames f’dik tal-Masters.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati flimkien mal-poloz tal-gruppi jistghu jinkisbu minn fuq il-website www.esnooker.pl





Leave a comment