Kampjonati Mondjali tas-Snooker 2015 organizzati mill-IBSF

Friday, December 11, 2015, 16:52

Il-plejers Maltin jgħaddu kollha mill-gruppi tagħhom għall-fażi tan-knock-out

Gavin Muscat

Is-sitt plejers Maltin li qed jieħdu sehem fil-Kampjonati Mondjali tas-Snooker li qed isiru ġewwa Hurghada, fl-Egittu irnexxielhom jgħaddu kollha mill-gruppi rispettivi tagħhom u b’hekk issa ser jilgħabu fil-fażi tan-knock-out.

Fil-kategorija tal-Irgiel, ic-Champion Malti Alex Borg rebah l-ahhar logħba tiegħu fil-grupp kontra Peter Bullen tal-Belgju bl-iskor ta’ 4-0 biex spicca fl-ewwel post ta’ Grupp R. B’hekk Borg kiseb post dirett fl-ahhar 64 u issa jiltaqa’ kontra l-plejer Malti Aaron Busuttil (li rebah fl-ahhar 88, aktar l-isfel). Din il-logħba ser tintlagħab nhar l-Erbgħa li gej fis-1.00pm u tkun l-ahjar minn 7 frames.

Minn Grupp E il-plejer zagħzugħ Malti Brian Cini tilef l-ahhar logħba tal-grupp tiegħu kontra l-plejer mill-Egittu Basen Elhattan bl-iskor ta’ 4-2 biex spicca fit-tieni post fil-grupp wara l-istess plejer Egizzjan. Cini wkoll għadda dirett għall-ahhar 64 u issa jiltaqa’ kontra l-plejer Indjan Varun Madan. Din il-logħba tintlagħab nhar l-Erbgħa fl-10am u tkun ukoll l-ahjar minn 7 frames.

Fi Grupp V it-tielet plejer Malti li qed jilgħab fil-Kampjonat tal-Irgiel Aaron Busuttil spicca fit-tielet post u għadda għal mal-ahhar 88 fejn dalgħodu lagħab kontra l-plejer Egizzjan Abdel Rahman Abel Hamid u rebah bl-iskor ta’ 4-1 fejn kellu zewg brejks tajbin ta’ 86 u 87. B’hekk Busuttil għadda għall-ahhar 64 fejn issa jiltaqa’ kontra l-plejer Malti Alex Borg (ara aktar il-fuq).

Mill-kategorija tal-Masters fi Grupp L ic-champion lokali tal-Masters Jason Peplow kiseb ir-raba rebha tiegħu minn daqstant logħbiet biex spicca fl-ewwel post tal-grupp u għadda għall-ahhar 32. Huwa għeleb lill-plejer Egizzjan Ashraf Mannoun 3-0 u għamel brejk ta’ 74. Huwa issa jilgħab kontra r-rebbieh tal-logħba bejn Munier Cassim tal-Afrika t’Isfel u l-Ġappuniż Masahiro Harada. Il-logħba tal-ahhar 32 tintlagħab il-Hamis fl-10am u tkun l-ahjar minn 7 frames.

Fi Grupp M Simon Zammit ukoll rebah ir-raba logħba tiegħu minn daqstant logħbiet biex huwa wkoll spicca fl-ewwel post tal-grupp. Huwa għeleb lill-plejer Tunezin Haykel Abouda bl-iskor ta’ 3-1 u issa fl-ahhar 32 jiltaqa’ kontra r-rebbieh tal-logħba bejn John Sidetaros tal-Afrika t’Isfel u l-plejer Egizzjan Maged Shafik. Il-logħba ta’ Zammit tintlagħab ukoll nhar il-Hamis fl-10am.

Mill-istess kategorija Ivan Attard ukoll irnexxielu jikkwalifika minkejja li tilef l-ahhar logħab mill-grupp tiegħu kontra Phisit Chandri tat-Tajlandja 3-2 li rebah dawn il-Kampjonati sentejn ilu. Attard spicca fit-tielet post fil-grupp u għalhekk għadda għal mal-ahhar 48 fejn nhar l-Erbgħa jiltaqa’ kontra Wessam Boctor tal-Egittu. Din il-logħba tibda fl-4pm u tkun l-ahjar minn 7 frames.

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati tista’ tinkiseb minn fuq il-websites www.esnooker.pl u www.ibsf.com

Uhud mill-plejers Maltin fl-Egittu





Leave a comment