- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

KAMPJONATI EWROPEJ TAS-SNOOKER – BULGARIA 2018

Posted By Sportinmalta On February 13, 2018 @ 9:33 am In Featured,Snooker | No Comments

It-tielet ġurnata tal-kampjonati Ewropej tas-Snooker li qed isiru f’Sofia fil-Bulgarija, offriet riżultati pożittivi għall-plejers Maltin kollha.

Duncan Bezzina għeleb lil Jani Kananen 4-3. Brian Cini kellu rebħa konvinċenti fuq Jakub Rendla ta’ 4-0 fejn għamel brejks ta’ 91 u 50 punt. Joseph Casha ukoll rebaħ il-logħba tiegħu bl-iskor ta’ 4-2 bi brejk ta’ 53. Aaron Busuttil rebaħ kontra Marios Poullos 4-0 fejn għamel brejk ta’ 83. Fl-aħħarnett, Jason Peplow rebaħ lil Massimiliano Sabetta 4-1.

Dan huwa l-programm tal-logħbiet għal-lum tal-plejers Maltin:

Fin-12.30pm

Joseph Casha vs Georgi Velichkov

Brian Cini vs Martin Sendergaard

Aaron Busuttil vs Sashko Dimitrov

Fit-3pm

Jason Peplow vs Balazs Csurgo

Fis-7pm

Duncan Bezzina qed jilgħab kontra Sasa Stojanovic.

Il-parteċipazzjoni f’dawn il-kampjonati hija possibbli bl-għajnuna tal-Malta Billiards and Snooker Association u SportMalta.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kampjonati-ewropej-tas-snooker-bulgaria-2018/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.