Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016:It-tim Malti jirbaħ il-grupp

Friday, June 24, 2016, 10:23

Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016 tat-Timijiet u tal-Masters organizzati mill-EBSA

It-tim Malti jirbaħ il-grupp b’punti massimi

It-tim Malti kompost minn Brian Cini u Alex Borg illum kisbu r-raba’ rebħa minn daqstant logħbiet meta għelbu lit-tim ta’ Wales bl-iskor ta’ 4-1. Huma qed jiehdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-Timijiet li qed isir gewwa Vilnius, il-Litwanja. B’hekk huma kisbu punti massimi u nhar il-Ġimgħa jkunu mpenjati fl-ahhar 16 fejn aktar tard illejla jittellaw il-poloz bil-Maltin issidjati n-numru 2 wara li ntemm il-logħob tal-gruppi.

Fil-Kampjonat Individwali tal-Masters Alex Borg u Jason Peplow il-bierah kisbu t-tielet rebħa fil-grupp biex huma wkoll rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom b’punti massimi. Borg għeleb lil Shaun Wilkes tal-Ingilterra bl-iskor ta’ 3-2 waqt li Peplow għeleb lill-Pollakk Rafal Jewtuch 3-1. Huma issa jkunu mpenjati fl-ahhar 32 meta għada fl-12.00pm (hin lokali) Alex Borg jilgħab kontra Nigel Power tar-Repubblika Irlandiza waqt li Jason Peplow jiltaqa’ kontra Juha Lehto tal-Finlandja. Il-logħob f’dan l-istadju jkun fuq l-aqwa minn hames frames. Il-logħob tal-ahhar 16 u l-Kwarti Finali tal-Kampjonat tal-Masters jintlagħbu aktar tard għada u jkunu l-ahjar minn 7 frames.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Alex Borg u Brian Cini

————————————————————————————————————————————————————-

Alex Borg

————————————————————————————————————————————————————-

Brian Cini

————————————————————————————————————————————————————-

Jason Peplow





Leave a comment