Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016 organizzati mill-EBSA

Sunday, February 21, 2016, 19:27

Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016 ta’ Taħt it-18 u ta’ Taħt il-21 sena organizzati mill-EBSA

Illum bdew il-Kampjonati

Gavin Muscat

Illum ingħata bidu għall-Kampjonati Ewropej tas-Snooker ta’ Taħt it-18 il-sena u dawk ta’ Taħt il-21 sena organizzati mill-European Billiards & Snooker Association. Dawn il-Kampjonati qed jintlgħabu fil-Belt ta’ Wroclaw, il-Polonja u jibqgħu sejrin sa nhar is-Sibt li gej. Malta qed tkun rapprezentata minn tlett plejers li huma Chris Peplow u Brian Cini fil-Kampjonat ta’ Taħt il-21 sena waqt li Isaac Borg qed jiehu sehem kemm f’dak ta’ Taħt it-18 il-sena kif ukoll f’dak ta’ Taħt il-21 sena.

Fil-Kampjonat ta’ Taħt it-18 il-sena qed jiehdu sehem 73 plejer li ġew maqsuma fi 18 il-grupp bl-ewwel tliet plejers ikklassifikati f’kull grupp jikkwalifikaw għall-fazi tan-knock-out. Isaac Borg tela’ biex jilgħab fi Grupp R. Il-logħob f’din l-ewwel fazi qed isir fuq l-ahjar minn 5 frames.

Borg lagħab l-ewwel logħba tiegħu f’dan il-grupp dalgħodu meta ltaqa’ kontra l-plejer Rumen Tudor Popescu. Il-plejer Malti kellu bidu hazin meta tilef l-ewwel zewg frames izda għamel rimonta tajba hafna u rebah it-tliet frames ta’ wara biex rebah il-logħba 3-2. F’din il-logħba Borg kellu brejks ta’ 42 fit-tielet frame u 74 fil-hames u l-ahhar frame.

Frame scores kontra Popescu, Borg l-ewwel: 23-61, 29-55, 67(42)-43, 61-32, 83(74)-8.

Borg jerga’ jkun fl-azzjoni f’dan il-Kampjonat għada fid-9.30 am meta jilgħab kontra Fergal Quinn tar-Repubblika Irlandiza waqt li fin-12.30pm jilgħab kontra Man Hee Tang tal-Olanda.

Aktar tard illum jingħata bidu għall-Kampjonat ta’ Taħt il-21 sena bit-tliet plejers Maltin ikunu fl-azzjoni. F’dan il-Kampjonat qed jiehdu sehem 81 plejer li ġew imqassma f’16 il-grupp bl-ewwel tliet plejers ikklassifikati jgħaddu għall-fazi tan-knock-out. Il-logħob f’din il-fazi tal-gruppi qed jintlagħab ukoll fuq l-ahjar minn 5 frames.

Chris Peplow qed jiehu sehem fi Grupp G u llum jilgħab kontra Neil Vincent ta’ Franza fis-6.00pm. Peplow ikun ukoll fl-azzjoni għada fl-4.00pm meta jilgħab kontra l-Ingliz Brandon Sargeant.

Brian Cini tela’ biex jilgħab fi Grupp L u llum ikollu zewg logħbiet bl-ewwel wahda fil-5.00pm kontra Dalia Alska tal-Polonja waqt li fis-7.00pm huwa jilgħab kontra Conor Morgan tal-Irlanda ta’ Fuq.

Min-naħa tiegħu Isaac Borg ukoll jilgħab zewg logħbiet illum minn dan il-Kampjonat bl-ewwel wahda tkun fl-4.00pm kontra Tim De Ruyter tal-Olanda waqt li fis-6.00pm huwa jiltaqa’ kontra l-Iskocciz Dylan Graig.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Isaac Borg u Tudor Popescu , flimkien mar-referee qabel il-logħba





Leave a comment