Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016: It-tim Malti jirbaħ il-Kampjonat Ewropew

Saturday, July 2, 2016, 19:16

Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016 tat-Timijiet u tal-Masters organizzati mill-EBSA

It-tim Malti jirbaħ il-Kampjonat Ewropew

It-tim Malti kompost minn Brian Cini u Alex Borg il-bieraħ rebaħ il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-Timijiet organizzat mill-European Billiards & Snooker Association wara li fil-Finali li ntlagħbet fl-għaxija huma għelbu lit-Tim Irlandiz kompost minn Brendan O’Donoghue u Ryan Cronin bl-iskor ta’ 5-3 wara li aktar kmieni kienu rebhu s-Semi Finali kontra l-Belġju bl-iskor ta’ 4-1. Dawn il-Kampjonati ntlagħbu gewwa Vilnius fil-Litwanja.

B’hekk Malta issa rebhet dawn il-Kampjonati erba’ darbiet, fl-2004 fil-Latvja, fl-2005 f’Malta, fl-2014 fir-Rumanija u din is-sena fil-Litwanja b’Alex Borg jagħmel parti minn kull tim rebbieħ waqt li għaz-zagħzugħ Cini dan huwa l-ewwel success tiegħu internazzjonali.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Alex Borg u Brian Cini wara l-Finali

————————————————————————————————————————————————————-

Borg u Cini flimkien maż-żewġ plejers Maltin li ħadu sehem ukoll f'dan il-Kampjonat Jason Peplow u Ivan Attard

————————————————————————————————————————————————————-

Cini u Borg wara li rebħu l-Finali

————————————————————————————————————————————————————-

Iż-żewġ timijiet flimkien mar-referee qabel il-Finali





Leave a comment