Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016: It-tim Malti jikkwalifika għall-fażi tan-knock-out

Saturday, June 11, 2016, 13:12

Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016 tat-Timijiet u tal-Masters organiżzati mill-EBSA

Borg u Peplow mal-aħħar 32 fil-Kampjonat tal-Masters

Meta llum gewwa Vilnius fil-Litwanja tkomplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-Kampjonati Ewropej tas-Snooker tat-Timijiet u dawk tal-Masters organizzati mill-European Billiards & Snooker Association, it-tim Malti kompost minn Brian Cini u Alex Borg ikkwalifikaw għall-fażi tan-knock-out (l-ahhar 16) meta fit-tielet logħba tagħhom minn Grupp E huma għelbu lit-tim tal-Litwanja bl-iskor ta’ 3-2. B’hekk it-tim Malti kiseb tliet rebhiet minn daqstant logħbiet u għada fis-2.30pm jilgħab l-ahhar logħba tal-grupp kontra Wales. Il-Hamis imbagħad il-Kampjonat jidhol f’fażi interessanti meta jibdew jintlagħbu il-logħbiet tal-ahhar 16.

Fil-Kampjonat Individwali tal-Masters Alex Borg kiseb it-tieni rebha tiegħu minn daqstant logħbiet wara li l-bierah fl-għaxija huwa għeleb lill-plejer Awstrijak Richard Kornberger bl-iskor ta’ 3-0 fejn anke rnexxielu jagħgmel l-akbar break ta’ dan il-Kampjonat sa issa meta fit-tieni frame huwa għamel break ta’ 114 il-punt. Borg jinsab jillidja Grupp R u huwa cert minn post fl-ahhar 32. Borg jilgħab l-ahhar logħba tiegħu minn dan il-grupp illum fil-5.30pm (hin lokali) kontra l-Ingliż Shaun Wilkes li bhal Borg rebah iż-żewġ logħbiet tiegħu.

Jason Peplow ma’ kienx fl-azzjoni l-bierah. Huwa wkoll rebah iż-żewġ logħbiet li lagħab fi Grupp J u jinsab cert minn post fl-ahhar 32. Peplow jilgħab it-tielet u l-ahhar logħba tiegħu f’dan il-grupp illejla fit-8.00pm meta jiltaqa’ kontra Rafal Jewtuch tal-Polonja li wkoll rebah iż-żewġ logħbiet tiegħu.

It-tielet plejer Malti f’dan il-Kampjonat Ivan Attard il-bierah kiseb l-ewwel rebha tiegħu fi Grupp E meta għeleb lill-plejer Russu Alexey Borminskiy bl-iskor ta’ 3-0. Attard iżda gie eliminat minn dan il-Kampjonat wara li spicca fit-tielet post fil-grupp tiegħu.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qiegħda tkun possibbli grazzi għall-għajnuna mogħtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Alex Borg u Brian Cini

————————————————————————————————————————————————————-

Alex Borg

————————————————————————————————————————————————————-

Brian Cini

————————————————————————————————————————————————————-

Jason Peplow





Leave a comment