Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016: It-tim Malti fis-Semi Finali

Saturday, July 2, 2016, 19:02

Gavin Muscat

Kampjonati Ewropej tas-Snooker 2016 tat-Timijiet u tal-Masters organizzati mill-EBSA

It-tim Malti fis-Semi Finali

Jason Peplow jitlef fis-Semi Finali tal-Masters

It-tim Malti kompost minn Brian Cini u Alex Borg kisbu post fis-Semi Finali tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-Timijiet li qed jintlaghab gewwa Vilnius fil-Litwanja. Dalghodu huma ghelbu lit-tim Russu bl-iskor ta’ 4-0 biex fil-Kwarti Finali li ghadha kif intemmet huma ltaqghu kontra t-tim qawwi ta’ Wales bil-Maltin johorgu rebbieha bl-iskor ta’ 4-1. Is-Semi Finali tintlaghab ghada fl-10.00am hin lokali kontra t-tim tal-Irlanda jew il-Belgju li bhalissa qed jilghabu l-Kwarti Finali u l-iskor huwa ta’ 1-1. Is-Semi Finali tkun l-ahjar minn 7 frames. Il-Finali tintlaghab ghada wkoll fit-3.00pm u tkun l-ahjar minn 9 frames.

Fil-Kampjonat Individwali tal-Masters Jason Peplow kien impenjat fis-Semi Finali izda safa meghlub minn Brendon Thomas tal-Irlanda bl-iskor ta’ 5-4.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Alex Borg u Brian Cini

Alex Borg

Brian Cini





Leave a comment