Kampjonati Ewropej tal-Powerlifting 2019

Monday, May 6, 2019, 7:06

Bejn is-27 u t-28 ta’ April, it-tim Malti tal-powerlifters telgħu jikompetu barra minn xtutna, f’Brandon, Suffolk fir-Renju Unit. Ħadu sehem żewġ nisa u żewġ irġiel.

Rachel Ann Said ikompetiet fil-kategorija ta’ taħt is-47.5kg u refgħet 85kg fl-isquat, 47.5kg fil-bench press u 105kg fid-deadlift li ammontaw għal total ta’ 237.5kg. Dawn ir-refgħat kienu personal bests għal Rachel kif ukoll irnexielha tirbaħ il-kategorija rispettiva tagħha.

Tamasin Mallia ikompetiet fil-kategorija ta’ taħt it-58.5kg u refgħet 95kg fl-isquat, 63kg fil-bench press, fejn b’din ir-refgħa kisret rekord Ewropew fil-Masters 1 u deadlift ta’ 142.5kg, b’total ta’ 300kg u irnexxielha tikseb l-ewwel post f’kategorija kompetitiva.

Luke Bonanno li ikompeta fil-kategorija ta’ taħt il-75kg fit-teenage 2 irexxielu jagħmel personal bests ukoll fil-lifts tiegħu u tejjeb it-total ta’ 50kg . Luke refa’ 160kg fl-isquat, 107.5kg fil-bench press u 187.5kg fid-deadlift. Luke kiseb l-ewwel post f’din il kategorija ukoll u t-tielet post fil-Kategorija Open.

Dylan Callus ikompeta f’taħt il-145kg u irexxielu jirbaħ overall dan il-kampjonat minn kull kategorija u kull età. Din hi l-ewwel darba li saret minn Atleta Malti. Fosthom għamel 3 rekords dinjija, 4 rekords ewropej u 8 rekords nazzjonali ġodda. Refgħat ta’ 290kg fl-squat, li hi l-ikbar squat li qatt saret minn Malti minn kull zmien. 195Kg fil-benchpress u 320kg fid-deadlift u b’total ta’ 805kg li hu l-akbar total li qatt sar minn powerlifter Malti. Dawn ir-refgħat kienu l-akbar refgħat mill-kampjonat kollu, li fih ikompetew 55 atleta minn ħafna pajjizi differenti fosthom l-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja, Franza, ir-Rumanija u anke l-Moldova.





Leave a comment