Kampjonati Ewropej fl-Ungerija għal referi lokali

Thursday, August 8, 2013, 15:48

Wara prestazzjoni pożittiva ġimgħatejn ilu ġewwa l-Latvja waqt il-Kampjonati Ewropej tal-Irġiel Under 18, ir-referee internazzjonali Malti tal-basketball Bernard Vassallo immedjatament irċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA biex se jerġa jkun flazzjoni fix-xena Ewropeja l-ġimgħa d-dieħla. Din id-darba Vassallo huwa wieħed mir-referees magħżula biex jikkontrollaw il-Kampjonati Ewropej Femminili Under 18 li se jintlagħbu ġewwa l-Ungerija bejn il-Ħamis 15 u l-Ħadd 25 ta’ Awwissu.

Tmintax il-pajjiż se jikkompetu f’dawn il-kampjonati Ewropej u Vassallo, li filLatvja kkontrolla disa’ partiti inkluż il-partita għal midalja tal-bronż mirbuħa minn Spanja wara rebħa minima ta’ 57-56 fuq il-Latvja, se jkun ibbażat fil-belt Ungeriża ta’ Miskolc.





Leave a comment