Kampjonati Ewropej fl-Ungerija ghal Bernard Vassallo

Sunday, August 11, 2013, 9:14
Wara prestazzjoni ferm pozittiva, gimghatejn ilu, fil-Latvja, waqt il-Kampjonati Ewropej Irgiel U/18, ir-referee internazzjonali Malti, Bernard Vassallo, malajr ircieva nominazzjoni ohra mill-FIBA, biex ser jerga jkun fl-azzjoni, fix-xena Ewropeja, fil-granet li gejjin.

Vassallo huwa wiehed mir-referees maghzula biex jikkontrollaw il-Kampjonati Ewropej Nisa U/18, li ser jintlaghbu fl-Ungerija, bejn il-Hamis, 15, u l-Hadd, 25 ta’ Awwissu.

Fil-Latvja Bernard Vassallo kkontrolla total ta’ 9 partiti, inkluza dik ghar-rebh tal-Midalja tal-Bronz, bejn Spanja u Latvja, mirbuha mill-Ispanjoli, 57-56.

Issa f;dawn il-kampjonati tan-Nisa, hemm total ta’ 18 ‘il pajjiz jiehdu sehem, u l-loghob ser isir fil-belt Ungeriza, ta’ Miskolc.





Leave a comment