Kampjonati Ewropej fil-Latvja għal referi lokali

Wednesday, July 10, 2013, 10:22

Ir-referee internazzjonali Malti tal-basketball Bernard Vassallo l-ġimgħa d-dieħla se jerġa jkun fl-azzjoni fix-xena Ewropeja wara li rċieva nominazzjoni oħra mportanti mill-FIBA sabiex ikun wieħed mir-referees magħżula biex jikkontrollaw ilKampjonati Ewropej Maskili Under 18 Diviżjoni A li se jintlagħbu ġewwa l-Latvja bejn il-Ħamis 18 u l-Ħadd 28 ta’ Lulju.

Dawn il-kampjonati Ewropej se jintlagħbu f’erba’ bliet differenti, eżattament Liepaja,Ventspils, Grobina u Riga. Vassallo, li temm l-aħħar staġun Ewropew b’mod ferm pożittiv wara nominazzjoni prestiġjuża fejn ikkontrolla logħob fil-FIBA EuroLeague

Final 8 ġewwa r-Russja, se jkun ibbażat f’Liepaja fil-logħob tal-gruppi fejn hemmhekk se jintlagħbu partiti kemm minn Grupp Ċ, kompost minn Spanja, Italja,Bulgarija u l-pajjiż ospitu Latvja, kif ukoll minn Grupp D fejn jiltaqgħu t-Turkija,Ukrajna, Renju Unit u ċ-ċampjins prezenti Kroazja.

Il-finalisti l-oħra f’dawn il-kampjonati huma l-Litwanja, Serbja, Slovenja u Franza (Grupp A) kif ukoll l-Greċja, Russja, Bosnija u r-Repubblika Ċeka (Grupp B).





Leave a comment