Kampjonat WMKF 2015 organnizat

Friday, December 11, 2015, 17:39

Gavin Muscat

Il-kampjonati tal-Arti Marzjali u ring sports kienu organizzati għall-ewwel darba f’pajjiżna mill-World Kombat Federation (WMKF) bejn it-13 u l-15 ta’ Novembru.

Il-ħidma biex sar dan l-avveniment kienet waħda intensiva għall-WMKF-Malta li għadha kemm ġiet iffurmata.  Huma sabu kollaborazzjoni kbira mill-klabb Malti WuShuKy kickboxing club.  Dan kien l-ewwel avveniment ta’ din ix-xorta għall-federazzjoni Maltija li issa ġiet wkoll rikonoxxuta mill-World Kombat Federation, li issa huwa uffiċjalment rikonoxxut mill-federazzjoni dinjija.  WKMF-Malta hija magħmula mill-President Onorarju u kowċ tekniku Silvio Camilleri, l-President Alan Borg u s-segretarju Christopher Bezzina filwaqt li Dale Hamilton u Kenneth Scerri jokkupaw il-karigi ta’ kordinatur u teżorier rispettivament.

L-avveniment attira lejn pajjiżna aktar minn 500 atleta minn aktar minn 40 pajjiż differenti fosthom il-Messiku, l-Arġentina, l-Indja, l-Portugall, ir-Renju Unit u l-Italja.  It-team Malti kien kompost minn 10 klabbs stabbiliti.  Pajjiżna wera l-potenzjal  qawwi li għandu f’dan l-isport fejn ħareġ bl-unuri u rreġistra 20 l-ewwel post u 25 t-tieni post.

Dan kien sodisfazzoni kbir għall-atleti Maltin li poġġew isem pajjiżna fuq il-podju ma dawn il-ġganti f’din id-dixxiplina.  Dan kien wkoll reklam għall-pajjiżna bis-saħħa tat-turiżmu sportiv li ġġenera dan l-avveniment.  Minbarra s-suċċess tal-atleti Maltin il-Federazzjoni ppremjat lil Master Silvio Camilleri bis-6th Dan .

Il-Federazzjoni tixtieq tirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius u l-ħaddiema fis-Segretarjat tiegħu, lill-Malta Tourism Authority, lill-coaches u atleti Maltin tal-ħin u dedikazzjoni li taw.  Xhieda ta’ dan huma r-riżultati li nġiebu.  Grazzi ukoll lil dawk il-Maltin li attendew u taw d-donazzjonijiet tagħħhom lill-Puttinu Cares.

 

 





Leave a comment