- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kampjonat tal-Waterpolo tas-Sajf

Posted By Sportinmalta On May 8, 2015 @ 2:11 pm In Featured,Waterpolo | No Comments

Fil-BOV Water Polo Premier League, sitt timijiet se jissieltu għal-Kampjonat filwaqt li erba’ timijiet jilagħbu fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Fil-kampjonat BOV Premier, it-timijiet kollha jilagħbu kontra xulxin darbtejn, fejn imbagħad l-ewwel tliet timijiet jilagħbu żewġ rounds bejniethom bl-aqwa tim jirbaħ il-kampjonat. It-tlett timijiet l-oħra jilagħbu bejniethom fuq żewġ rounds, bit-tim fl-aħħar pożizzjoni jilgħab kontra r-rebbieħ tal-kampjonat BOV tal-ewwel diviżjoni fuq bażi ‘best-of-3’. Ir-rebbieħ ta’ din is-serje jilgħab fil-kampjonat BOV Water Polo Premier l-istaġun li ġej.

Fil-Kampjonat BOV Water Polo tal-ewwel diviżjoni, l-erba’ timijiet jilagħbu kontra xulxin fuq erba rounds.

Il-poloz ta’ dawn il-kampjonati ittellgħu minn Anthony Scicluna, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Joe Caruana Curran, President tal-Aquatic Sports Association of Malta.

‘Għal darb’ oħra ħerqanin biex naraw tliet xhur ta’ passjoni u entużjazmu fl-ilma u ċerti li se jerġa jkollna kampjonati tal-ogħla livell,’ qal is-Sur Caruana Curran. ‘Nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja l-Bank of Valletta tal-għajnuna kontinwa li jagħtu lill-ASA.’

‘L-ewwel nett nixtieq nifraħ lill-ASA għar-riżultati miksuba fuq livell internazzjonali, speċjalment il-kwalifikazzjoni storika tat-tim nazzjonali ta’ taħt is-sbatax-il sena għal kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew’ qal Anthony Scicluna. ‘Ħerqanin biex nerġgħu nassistu għal staġun ta’ kompetizzjoni iebsa li żgur se jżomm is-segwaċi tal-Water Polo fuq ix-xwiek’.

L-ASA, b’kollaborazzjoni mal-klabbs kollha tirriserva d-dritt li tibdel xi dati u ħinijiet tal-logħbiet skont il-htieġa. Lista finali tal-logħbiet kollha tinhareġ mill-ASA fi żmien qasir.

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kampjonat-tal-waterpolo-tas-sajf/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.