KAMPJONAT TAL-FOOTBALL: ENEMALTA CHAMPIONS TAT-TIENI DIVIŻJONI

Saturday, March 19, 2011, 8:45

Matul din il-gimgha kellna l-ewwel verdett mill-Kampjonat tal-Football meta kif kien mistenni Enemalta kisbu rebha konvincenti kontra Customs biex ghamlu cert mhux biss mill-promozzjoni ghall-I Diviżjoni imma anke mir-rebh tal-kampjonat tat-II Diviżjoni, meta ghandhom punti massimi minn seba’ loghbiet u qed igawdu seba’ punti vantagg fuq l-eqreb team – Government Printing Press – li jonqoshom żewg loghbiet ghat-tmiem u ghalhekk matematikament ma jistghux jilhquhom.

Enemalta bla dubju jimmeritahom dan is-success ghax, apparti li rebhu l-loghbiet kollha li laghbu, skurjaw xejn anqas minn 65 goal u sofrew 21 goal, jigifieri medja ta’ 9.28 goals favur u 3 goals kontra kull loghba.

Fl-I Diviżjoni t-teamijiet tal-Forzi Armati rritornaw ghal-loghob wara perjodu qasir weqfin minhabba kwistjoni ta’ sigurta’ konnessa mas-sitwazzjoni fil-Libja. Xejn ma kien ritorn felici ghalihom, ghaliex tnejn minnhom, fosthom ic-champions AFM A, sfaw meghluba waqt li t-team l-iehor, AFM C, kellhom jikkuntentaw bi draw.

Mill-banda l-ohra BOV telghu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ma’ Education b’rebha kbira ta’ 8-3 fuq AFM B, biex issa jidher car li t-taqtiegha ghall-unur fl-oghla diviżjoni se tkun ristretta bejn l-istess BOV u Education.

Ir-riżultati tal-loghob li ntlaghab matul din il-gimgha huwa dan:

I Diviżjoni

BOV v AFM B 8-3

AFM A v Pulizija A 3-4

CCF v AFM C 3-3

II Diviżjoni

MEPA v MRRA (Riżorsi) 1-11

Customs v Enemalta 4-12

Universita’ v WSC 6-1

Riżultati u klassifici aggornati bhas-soltu qed jintbaghtu ma’ din l-email.

Il-loghob tal-Kampjonat ikompli l-gimgha d-diehla b’dan il-programm:

It-Tlieta, 22 ta’ Marzu

2.00 p.m. II Div.: Enemalta v WSC

3.00 p.m. I Div.: Central Bank v Education

L-Erbgha, 23 ta’ Marzu

2.00 p.m. II Div.: Customs v Pulizija B

3.00 p.m. I Div.: AFM A v BOV

Il-Hamis, 24 ta’ Marzu

2.00 p.m. III Div.: Civil Protection v Govt Property Dept

3.00 p.m. III Div.: MRRA (Agrik.) v Maltapost

LOGHOB POSPOST U POLOZ TAN-KNOCK-OUT

Il-gimgha d-diehla se johorgu d-dati tal-loghob li gie pospost fil-gimghat li ghaddew, kif ukoll tar-Round Preliminari tan-Knock-Out. Kif tafu n-Knock-Out se tibda tintlaghab hekk kif jintemm il-Kampjonat, bil-loghob tar-Round Preliminari jintlaghab bejn il-25 u t-28 ta’ April.





Leave a comment