Kampjonat Snooker 2017: Duncan Bezzina Champion ta’ Malta għat-tielet darba

Wednesday, May 10, 2017, 13:49

Kevin Vella

Duncan Bezzina li jilgħab mal-Kazin tal-Banda La Vincitrice tal-Isla rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Premier tas-Snooker organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association meta fil-Finali huwa għeleb lil Aaron Busuttil tal-Kazin tal-Banda De Paule, Rahal il-Gdid bl-iskor ta’ 6-4.

Il-final intlagħbet quddiem pubbliku numeruz fil-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla u kienet ikkontrollata mir-referee Ivan Pirotta. Dan kien it-tielet titlu nazzjonali għal Bezzina waqt li Busuttil kien qed jilgħab fl-ewwel finali tiegħu tal-Kampjonat Nazzjonali.

Il-finali kienet waħda kumbattuta biż-żewġ plejers jirbhu frame kull wiehed sat-tmien frame meta l-iskor kien 4-4. L-aħħar żewġ frames intrebhu minn Bezzina għal skor finali ta’ 6-4 biex sar Champion ta’ Malta. L-aħjar brejks kienu ta’ Bezzina li għamel brejk ta’ 65 punt fil-hames frame u iehor ta’ 100 punt fis-seba’ frame.

L-iskors tal-frames fil-final kienu dawn: (Bezzina l-ewwel): 15-81, 61-22, 5-60, 80-0, 82(65)-44, 23-62, 101(100)-26, 27-83, 66-20, 72-18.

Wara l-finali s-Sur Frans Bugeja, President tal-Malta Billiards & Snooker Association ipprezenta t-trofej liz-żewġ plejers.

Duncan Bezzina u Aaron Busuttil flimkien mar-referee Ivan Pirotta

Il-President tal-MBSA Frans Bugeja jippreżenta t-tazza lil Duncan Bezzina





Leave a comment