Kampjonat Snooker 16/17: Magħrufa s-semi finalisti

Saturday, April 29, 2017, 15:21

Kevin Vella

Din il-ġimgħa ntemmet it-tieni fazi tal-Premier Division fil-Kampjonat Nazzjonali tas-Snooker organiżzat mill-Malta Billiards & Snooker Association (MBSA) wara li ntlagħbu l-aħħar logħbiet miż-żewġ gruppi tal-Kwarti Finali biex b’hekk saru magħrufa l-erbgħa plejers li se jilgħabu fis-Semi Finali l-ġimgħa li ġejja.

Iċ-Champion prezenti Brian Cini rebah Grupp A b’erbgħa rebhiet minn sitt logħbiet quddiem Aaron Busuttil li wkoll rebah erbgħa logħbiet iżda Cini kellu differenza ta’ frames ahjar.

Fi Grupp B Alex Borg rebah is-sitt logħbiet li lagħab biex spicca quddiem Duncan Bezzina li kkwalifika għas-Semi Finali wara li rebah erbgħa logħbiet mis-sitta li lagħab biex ġie t-tieni fil-grupp.

Is-Semi Finali jintlagħbu l-ġimgħa d-diehla. L-ewwel semi finali ssir nhar it-Tlieta li ġej 2 ta’ Mejju u tkun ikkontestata minn Brian Cini tal-Kazin tal-Banda San Guzepp, Haz-Zebbug u Duncan Bezzina tal-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla. Iż-żewġ plejers bhalissa jinsabu fit-tieni u t-tielet post rispettivament fir-rankings tal-MBSA u għalhekk mistennija logħba bilanċjata.

It-tieni semi finali tintlagħab l-għada l-Erbgħa 3 ta’ Mejju u tkun bejn Alex Borg tal-Juventutis Domus, Zejtun u Aaron Busuttil tal-Kazin tal-Banda De Paule, Rahal il-Gdid.

Iż-żewġ semi finali se jintlagħbu gewwa l-Kazin tal-Banda La Vincitrice, l-Isla u jibdew fis-6.15pm. Il-logħbiet ikunu fuq l-ahjar minn 9 frames.

Il-Finali bejn ir-rebbieha ta’ dawn iż-żewġ semi finali se ssir nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju ukoll fil-Kazin tal-Banda La Vincitrice. Il-Finali tibda fis-6.15pm u tkun l-ahjar minn 11 il-frame.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Aaron Busuttil

————————————————————————————————————————————————————-

Alex Borg

————————————————————————————————————————————————————-

Brian Cini

————————————————————————————————————————————————————-

Duncan Bezzina





Leave a comment