- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Kampjonat Ewropew tas-Snooker 2016 organizzati mill-EBSA

Posted By Sportinmalta On March 9, 2016 @ 3:02 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

-3 rebhiet u telfa ghall-Maltin fl-Ewwel Ġurnata

Illum inghata bidu ghall-Kampjonat Ewropew tas-Snooker organizzat mill-European Billiards & Snooker Association. Dan il-Kampjonat qed jintlaghab fil-Belt ta’ Wroclaw, il-Polonja u jibqa’ sejjer sa nhar is-Sibt 20 ta’ Frar. Malta qed tkun rapprezentata minn sitt plejers li huma c-Champion Malti Alex Borg, Aaron Busuttil, Simon Zammit, Chris Peplow, Philip Ciantar u Brian Cini.

Alex Borg li qed jilghab fi Grupp M kiseb rebha ta’ 4-2 kontra Laurens De Staelen tal-Belgju fejn ghamel brejks ta’ 69 u 75. Borg jerga’ jkun fl-azzjoni ghada meta jilghab zewg loghjbiet. Fid-9.30am jiltaqa’ kontra Kjeli Arlid Pedersen tan-Norvegja waqt li fit-8.00pm huwa jilghab kontra t-Taljan Pietro Caperna.

Minn Grupp V Chris Peplow kiseb rebha tajba ta’ 4-1 kontra Maor Shalom tal-Izrael. Peplow jilghab it-tieni loghba tieghu ghada fis-6.00pm kontra Piotr Murat tal-Polonja.

Brian Cini li qed jilghab fi Grupp N ukoll kiseb l-ewwel rebha meta gheleb lill-plejer Skocciz Chris Totten 4-0 fejn fl-ahhar frame ghamel brejk ta’ 58. Cini jerga’ jkun fl-azzjoni ghada fl-12.00pm kontra l-plejer Rumen Stefan Ilinca.

Illum beda l-impenji tieghu ukoll f’dan il-kampjonat Simon Zammit li qed jilghab fi Grupp T izda huwa hareg tellief bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-plejer Irlandiz Ryan Cronin. Zammit jerga’ jilghab ghada fit-8.00pm kontra Vladan Niskic tas-Serbja.

Iż-żewġ plejers Maltin l-ohra Aaron Busuttil u Philip Ciantar jifthu l-impenji taghhom ghada fl-12.00pm. Minn Grupp P Aaron Busuttil jilghab kontra l-Pollakk Pawel Rogoza waqt li minn Grupp S Ciantar jiltaqa’ kontra Ales Herout tar-Repubblika Ċeka.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qieghda tkun possibbli grazzi ghall-ghajnuna moghtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

———————————————————————————————————————————————————-

Kampjonat Ewropew tas-Snooker 2016 organizzati mill-EBSA

5 rebħiet ghall-plejers Maltin fit-tieni gurnata

Illum qed tintlaghab it-tieni gurnata mill-Kampjonat Ewropew tas-Snooker organizzat mill-European Billiards & Snooker Association. Dan il-Kampjonat qed jintlaghab fil-Belt ta’ Wroclaw, il-Polonja u jibqa’ sejjer sa nhar is-Sibt 20 ta’ Frar. Malta qed tkun rapprezentata minn sitt plejers li huma c-Champion Malti Alex Borg, Aaron Busuttil, Simon Zammit, Chris Peplow, Philip Ciantar u Brian Cini.

Alex Borg li qed jilghab fi Grupp M kiseb it-tieni rebha tieghu minn daqstant loghbiet b’rebha ta’ 4-0 kontra Kjeli Arlid Pedersen tan-Norvegja fejn f’din  il-loghba Borg ghamel brejks ta’ 86 u 83. Borg jerga’ jkun fl-azzjoni llejla fit-8.00pm kontra t-Taljan Pietro Caperna.

Minn Grupp V Chris Peplow ukoll kiseb it-tieni rebha tieghu meta gheleb lil Piotr Murat tal-Polonja bl-isjkor ta’ 4-0. Peplow jerga’ jkun fl-azzjoni ghada fl-12.00pm kontra Jason Devaney tar-Repubblika Irlandiza.

Brian Cini li qed jilghab fi Grupp N ukoll kiseb zewg rebhiet s’issa meta llum gheleb lill-plejer Rumen Stefan Ilinca bl-iskor ta’ 4-0. Cini jerga’ jkun fl-azzjoni ghada fit-8.00pm meta jiltaqa’ kontra l-plejer Kroat Tin Venos.

Minn Grupp P Aaron Busuttil laghab l-ewwel loghba tieghu f’dan il-Kampjonat illum fejn gheleb lil Pavel Rogoza tal-Polonja 4-2. Busuttil jerga’ jkun fl-azzjoni ghada b’zewg loghbiet, fid-9.30 am jilghab kontra Daniel Vranjes tal-Bosnia Herzegovina waqt li fit-8.00pm huwa jilghab kontra Rodion Judin tal-Latvja.

Philip Ciantar li qed jilghab fi Grupp S fetah l-impenji tieghu llum ukoll meta ltaqa’ kontra Ales Herout tar-Repubblika Ceka bil-plejer Malti johrog rebbieh bl-iskor ta’ 4-3. It-tieni loghba ghal Ciantar tkun ghada fid-9.30am kontra l-Pollakk Michal Kotluk.

Illejla Simon Zammit li qed jilghab fi Grupp T jilghab it-tieni loghba tieghu meta fit-8.00pm huwa jiltaqa’ kontra Vladan Niskic tas-Serbja.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

Il-partecipazzjoni tal-plejers Maltin f’dawn il-Kampjonati qieghda tkun possibbli grazzi ghall-ghajnuna moghtija lill-Malta Billiards & Snooker Association minn Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

———————————————————————————————————————————————————-

Kampjonat Ewropew tas-Snooker 2016 organizzat mill-EBSA

Riżultati mill-ħames ġurnata – Ciantar u Zammit jikkwalifikaw ukoll ghall-fazi tan-knock-out

Illum qed tintlaghab il-hames gurnata mill-Kampjonat Ewropew tas-Snooker organizzat mill-European Billiards & Snooker Association. Dan il-Kampjonat qed jintlaghab fil-Belt ta’ Wroclaw, il-Polonja u jibqa’ sejjer sa nhar is-Sibt 20 ta’ Frar. Malta qed tkun rapprezentata minn sitt plejers li huma Alex Borg, Aaron Busuttil, Simon Zammit, Chris Peplow, Philip Ciantar u Brian Cini. Illum hija l-ahhar gurnata f’dak li huma loghbiet tal-gruppi.

Wara li l-bierah ikkwalifikaw ghall-fazi tan-knock-out erbgha mis-sitt plejers Maltin li qed jiehdu sehem, illum sar maghruf li z-zewg plejers l-ohra Philip Ciantar u Simon Zammit ikkwalifikaw ukoll minkejja li t-tnejn tilfu l-loghbiet taghhom. B’hekk Malta se jkollha sitt plejers mal-ahhar 96. Ic-Champion Malti Alex Borg u z-zaghzugh promettenti Brian Cini se jkunu ssidjati ghal mal-ahhar 64 wara li t-tnejn li huma rebhu l-gruppi rispettivi taghhom b’punti massimi. L-erbgha plejers l-ohra, Aaron Busuttil, Chris Peplow, Philip Ciantar u Simon Zammit se jilghabu rawnd zejjed jigifieri fl-ahhar 96. Il-loghob tal-ahhar 96, 64 u 32 isir kollu ghada. L-avversarji tal-plejers Maltin ikunu maghrufa tard illejla wara li jispicca l-loghob kollu mill-fazi tal-gruppi.

Intant Alex Borg illum kiseb rebha ta’ 4-2 kontra l-Iskocciz Barry Wraith biex spicca l-ewwel fi Grupp M b’punti massimi minn hames loghbiet. L-istess ghamel Brian Cini fi Grupp N wara li llum gheleb lil Roey Fernandez tal-Izrael 4-0 ghal hames rebha tieghu minn daqstant loghbiet.

Minn Grupp V Chris Peplow illejla fis-6.00pm jilghab kontra l-plejer Marian Kepsta tas-Slovakkja. Peplow s’issa rebah tlieta mill-erbgha loghbiet li laghab u rebha llejla taccertalu t-tieni post fil-grupp.

Minn Grupp P Aaron Busuttil ukoll kiseb tliet rebhiet mill-erbgha li laghab u llejla fit-8.00pm huwa jiltaqa’ kontra Audun Heimsjo tan-Norvegja fl-ahhar loghba mill-grupp.

Philip Ciantar li qed jilghab fi Grupp S il-bierah sofra t-tieni telfa tieghu mill-grupp meta safa meghlub minn Kristjan Helgason tal-Islanda bl-iskor ta’ 4-2. Ciantar bhalissa jinsab fir-raba post fil-grupp u huwa cert minn post fil-fazi tan-knock-out. Bhalissa huwa qieghed jilghab l-ahhar loghba tieghu minn dan il-grupp kontra Balazs Hamori tal-Ungerija.

Simon Zammit ukoll ikkwalifika ghall-fazi finali wara li l-bierah huwa gheleb lit-Taljan Gianluca Manoli bl-iskor ta’ 4-0. Zammit kien fl-azzjoni wkoll dalghodu izda tilef kontra l-Olandiz Maurice Le Duc bl-iskor ta’ 4-3. Minkejja din it-telfa Zammit xorta kkwalifika wara li spicca mal-ewwel erbgha fi Grupp T b’żewġ rebħiet minn hames loghbiet.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-Kampjonati (Livestreaming, Livescoring, klassifiki etc) tista’ tinkiseb minn fuq il-website tal-EBSA www.ebsa.tv

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Aaron Busuttil

———————————————————————————————————————————————————-

Alex Borg

———————————————————————————————————————————————————-

Brian Cini

———————————————————————————————————————————————————-

Chris Peplow

———————————————————————————————————————————————————-

Is-sitt plejers Maltin li qed jiehdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Snooker fil-Polonja

———————————————————————————————————————————————————-

Philip Ciantar u Jak Jones qabel il-loghba

———————————————————————————————————————————————————-

Simon Zammit u Gianluca Manoli qabel il-loghba

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/kampjonat-ewropew-tas-snooker-2016-organizzati-mill-ebsa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.